Familja Rjali
Meghan Markle u l-Prinċep Harry jiksru l-protokoll

Meghan Markle u l-Prinċep Harry sabu ftit tal-ħin biex jerħulha lejn il-baħar waqt li qegħdin fi żjara Rjali fl-Awstralja.

Huma żaru l-bajja famuża Bondi Beach fejn iltaqgħu mal-membri tal-OneWave, komunità li tqajjem għarfien dwar is-saħħa mentali.

Id-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex ħadu sehem f’attività fuq ir-ramel. Għal din l-attività kemm Harry kif ukoll Meghan ma qagħdux jimxu mal-protokoll u neħħew iż-żarbun.

Il-grupp jorganizza diversi attivitajiet għal persuni li jbatu minn saħħa mentali. Fost l-attivitajiet li jagħmlu hemm l-għawm, is-surfing u l-yoga.

Il-Prinċep Harry huwa vuċi dwar l-għarfien tas-saħħa mentali. Is-sena l-oħra huwa qal li kien għadda minn żmien iebes wara l-mewt t’ommu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Larry, il-qattus li jgħix fil-bini tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru tar-Renju Unit – 10 Downing Street – illum seraq l-attenzjoni tal-cameramen u l-fotografi miġbura quddiem il-bini u wera li m’għandek taqta’ qalbek…

Barranin

Tfajla ta’ 16-il sena mis-Sudan t’Isfel inbiegħet b’irkant fuq Facebook biex il-ġenituri tagħha jkollhom dota x’jagħtuha ladarba tiżżewweġ.  Il-Facebook spiċċa kkritikat bl-aħrax għall-użu barbaru tat-teknoloġija li ħalla l-bejgħ ta’ tfajla…

Barranin

Bosta persuna li kienu f’lift fil-belt Amerikana ta’ Chicago ħasbu li se jmutu meta waqgħu 84 sular. Il-każ seħħ nhar il-Ġimgħa filgħodu fi skyscraper li kien magħruf bħala ‘John Hancock…

Barranin

Madeleine McCann jista’ jkun għadha ħajja u qed tinżamm f’xi kantina taħt l-art mingħajr m’għandha idea hi min hi. Dan skont David Edgar, eks kap tal-Pulizija Amerikana li kien għamel…

Aktar