Qorti
Meħlus mill-arrest wara li kkawża ħsara fuq vettura

Raġel ta’ 39 sena tressaq il-Qorti t’Għawdex, akkużat li lbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu, għamel ħsara fuq vettura tal-għamla Vitz.

Il-każ seħħ fi Pjazza Salvatore Busuttil f’Kerċem.

Ir-raġel, li huwa minn Kerċem, ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €1,000, u hu marbut li jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija tar-Rabat Għawdex.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Għadd ta’ korijiet f’Malta u Għawdex qed isibu mezz kif ikomplu bit-taħriġ, u anki jirrekordjaw siltiet ġodda – kollox b’mod virtwali. Fost dawn hemm il-kor tal-parroċċa ta’ Birżebbuġa, li f’dawn…

Lokali

Il-pandemija tal-Coronavirus biddlet il-ħajja tan-nies f’leħħa ta’ berqa. Din il-bidla iżda kienet iktar diffiċli għall-persuni bl-awtiżmu li jsibuha iktar iebsa biex jibdlu r-rutina tagħhom f’daqqa. Fil-Jum Dinji tal-Awtiżmu, omm ta’…

Saħħa

L-imxija tal-Covid-19 ħalliet ukoll il-marka tagħha fuq id-dentistrija. Id-dentisti qed jaraw biss l-pazjenti għal emerġenzi, bi kważi tliet kwarti tal-proċeduri li s-soltu jagħmlu kellhom jiġu posposti. TVM iltaqa’ ma’ żewġ…

Aktar