Qorti
Meħlusa mill-arrest iż-żgħażagħ li allegatament ħatfu l-vapur ‘El Hiblu 1’

Tliet żgħażagħ, tnejn minnhom minuri ta’ 15 u 16-il sena, u ieħor ta’ 19-il sena, ingħataw il-ħelsien mill-arrest wara kważi tmien xhur taħt arrest. Dawn jinsabu akkużati b’attività terroristika wara li allegatament kienu involuti fil-ħtif tat-tanker El Hiblu 1.

Il-pleġġ għall-ħelsien tagħhom tħallas mill-fondazzjoni Ġermaniża Civil Sea Rescue. It-tanker El Hiblu 1 kien iddaħħal eskortat mill-Forzi Armati ta’ Malta fit-28 ta’ Marzu li għadda wara li iktar qabel il-bastiment allegatament inħataf minn grupp immigranti li ġew salvati mill-ekwipaġġ tal-istess bastiment waqt li kien qed ibaħħar barra l-Libja.

Aħbarijiet Oħra
Ikel

Il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li l-industrija tat-turiżmu evolviet minn waħda msejsa fuq l-għoti tas-servizzi bażiċi għat-tkattir tal-industrija b’aċċenn fuq il-kwalità. Waqt li inawgurat is-seminar tar-rivista speċjalizzata tal-ospitalità Horeca…

Lokali

Xogħol grupp ta’ ħaddiema ta’ entità governattiva hu f’ambjent mistkerraħ minn ħafna . . . taħt l-art . . . fis-sistemi minn fejn jgħaddi d-drenaġġ tar-residenzi u l-industrija. Dan l-ambjent…

Lokali

L-ex Chairman tal-Aworità għas-Servizzi Finanzjarji, il-Professur Joe Bannister, xehed quddiem l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-Professur Bannister qal fi snin li għamel bħala Chairman tal-MFSA qatt ma…

Aktar