Meħlusa minn akkużi ta’ tbagħbis

Qorti fl-Eġittu ħelset lill-ex-Prim Ministru Ahmed Shafiq u ż-żewġt ulied ta’ l-ex President Hosni Mubarak minn akkużi ta’ tbagħbis. Shafiq, li kien Prim Ministru taħt Mubarak u li kien kandidat għall-presidenza fl-2012, għaddewh ġuri in absentia.

mubarak

Gamal u Alaa Mubarak ġew mixlija b’għadd ta’ akkużi minn mindu missierhom tneħħa mis-setgħa.

It-tlett irġiel għad iridu jgħaddu ġuri akkużti b’korruzzjoni.