Lokali
Melvin Theuma jgħid li konvint li wara d-delitt ta’ Daphne Caruana Galizia riedu jeħilsu minnu

Il-Ġimgħa filgħodu kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra l-aħwa George u Alfred Degiorgio u Vince Muscat, it-tliet irġiel akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, xehed l-intermedjarju f’dan il-qtil, Melvin Theuma.

Melvin Theuma l-intermedjarju fid-delitt tas-sinjura Caruana Galizia kompla jixhed dwar rekordings ta’ konversazzjonijiet li kellu mal-allegat mandat tal-qtil tas-Sinjura Caruana Galizia, Yorgen Fenech. Qal li darba Fenech kien sejjaħlu u qallu li wieħed mill-akkużati, Vince Muscat beda jikxef u iktar tard dakinhar irċieva telefonata li ġej ikellmu Johann Cremona. Miegħu mar ukoll Kenneth Camilleri, li wegħdu li fit-28 tax-xahar l-aħwa Degiorgio kienu se jingħataw il-pleġġ. Cremona kien sħab fin-negozju ma’ Yorgen Fenech filwaqt li Camilleri kien parti mit-tim ta’ sigurtà tal-Prim Ministru Joseph Muscat u viċin Keith Schembri. Theuma qal li huwa ltaqa’ ma’ Schembri darbtejn imma qatt ma ssemma’ d-delitt tas-sinjura Caruana Galizia għalkemm stqarr li kien konvint li kien involut. Qal ukoll li Yorgen Fenech tah 150,000 ewro fi flus kontanti bħala depożitu għall-qtil biex jagħtihom lil Alfred Degiorgio.

Stqarr li jibqa’ konvint li wara d-delitt tas-sinjura Caruana Galizia, riedu jeħilsu minnu wkoll. Qal li kien qal lil Mario Degiorgio li ħutu kienu se jingħataw il-pleġġ, iżda wara li dan ma seħħx, Mario Degiorgio kien għamel għalih. Qal li beda jibża’ li kienu se joqtluh u anke informa lil Yorgen Fenech li ra lil xi ħadd idur mal-karozza tiegħu.

Theuma qal li Yorgen Fenech u Johann Cremona kienu jgħidu li l-eks Ministru Chris Cardona kien involut fil-qtil tas-sinjura Caruana Galizia iżda huwa qatt ma kien jaf dan u l-uniku persuna li jaf kienet involuta fil-qtil kien Yorgen Fenech għax hu qabbdu joqtolha.

Aħbarijiet Oħra
Faċilità Korrettiva

Illum grupp ta’ residenti mill-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin għamlu xogħol ta’ tindif u tisbiħ f’iktar minn 14-il klassi fil-Kulleġġ St Thomas Moore f’Santa Luċija. Ix-xogħol sar taħt is-superviżjoni tal-uffiċjali korrettivi,…

Sport

Ħames għaqdiet sportivi Għawdxin ibbenefikaw mis-somma ta’ €20,750 mill-isports scheme biex iwettqu l-proġetti tagħhom din is-sena. L-għaqdiet li bbenfikaw huma: Għajnsielem Redcoats, li ngħataw is-somma ta’ €5,000 bit-titlu tal-proġett ‘Sizzling…

Lokali

L-Aġenzija Identity Malta dalwaqt se tibda toħroġ karta tal-identità ġdida li se jkollha karatteristiċi ġodda ta’ sigurtà li jħarsu l-identità tal-persuni. Il-karatteristiċi l-ġodda jagħmluha diffiċli li d-dokument jiġi mbagħbas jew…

Aktar