
Lokali
Melvin Theuma jibqa’ f’qagħda stabbli
Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, baqa’ f’qagħda stabbli.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Theuma għadu fit-taqsima tal-ENT fl-isptar Mater Dei.
It-Tlieta 21 ta’ Lulju 2020, Theuma nstab bi ġrieħi serji fil-kamra tas-sodda ta’ daru, fejn huwa mifhum li pprova jneħħi ħajtu.