Lokali
Membri Parlamentari Ewropej b’kundanna għall-Italja għad-deċiżjoni li ħadet dwar l-immigranti

Diversi Membri Parlamentari Ewropej ikkundunaw il-pożizzjoni li ħadet l-Italja fil-każ tal-immgiranti fuq il-vapur Aquarius f’dibatitu fil-Parlament Ewropew. Il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani appella lil-mexxejja tal-Unjoni Ewropea biex jieħdu deċiżjonijiet u ma jħallux lill-pajjiżi fil-Mediterran waħidhom.

F’dibattitu ta’ sagħtejn fil-Parlament Ewropew dwar l-immigrazzjoni, il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani qal li s-sitwazzjoni fil-Mediteran hija waħda ta’ emerġenza u tenħtieġ l-intervent tal-Unjoni Ewropea għax qal li din il-problema ma tistax tissolva mill-Istati Membri waħidhom. Huwa talab lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea biex ma jibqax jitfa din il-problema taħt it-tapit u jħallu l-kwistjonijiet bejn il-pajjżzi membri.

Antonio Tajani qal li “dawn il-konfronti jagħmluha aktar diffiċli biex insibu soluzzjoni. Jekk naraw x’ser jiġri fis-snin li ġejjin irridu neddiċiedu mill-aktar fis. Sal-2050 ser ikun hemm 2.5 biljun persuna fl-Afrika.

Il-Kummissarju Ewropew għall-Immigrazzjoni Dimitris Avramopoulos qal li mhu ser jidħol fl-ebda logħba ta’ min hu t-tort fil-kwistjoni tal-Aquarius, iżda qal li kull pajjiż membru għandu jerfa’ r-responsabilità.

Dimitris Avramopoulos qal li “our migration policy can only succeed if we work together in a spirit of solidarity and sincere cooperation and most importantly in trust, not if a country proceeds with unilateral and uncoordinated initiatives.”

Diversi membri parlamentar inkluż Taljani, ikkundannaw l-aġir tal-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini, fil-konfront li qalu kien populist, xenofobiku u mhux uman.

Il-Membri Parlamentari Maltin Roberta Metsola, David Casa u Miriam Dalli qalu li Malta ilha snin twissi dwar din is-sitwazzjoni. Appellaw biex Malta u l-Italja jaħdmu flimkien u jimbuttaw lill-Unjoni Ewropea biex tieħu pożizzjoni konkreta.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-personalità li għandu miljuni ta’ segwaċi fuq is-siti soċjali Nas Daily jidher li se jkun Malta mill-ġdid f’Jannar li ġej. Dan hekk kif qed jippjana li jiffilmja l-1,000 vidjo u…

Waqt il-Kafé

WAQT IL-KAFÉ… ma’ Joe Julian Farrugia   Ħadd ma jaf x’jismu. Kulħadd bħala “l-għaġeb” jafu. Miskin, setgħu sabulu laqam aħjar, imma dal-laqam weħel miegħu u m’hemmx li jitilqu. Kull sena…

Qorti

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat li l-Kunsill Lokali u Transport Malta ma kellhomx jinżammu responsabbli għal bankina li ċediet fil-Gżira waqt xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fuq sit privat. Christopher Mifsud fetaħ kawża biex…

Unjoni Ewropea

L-Unjoni Ewropea qed tirrealizza li għandha tirrikonoxxi l-potenzjal li għandha l-Afrika. Skont il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jintuża ton differenti bejn iż-żewġ naħat biex mhux biss jindirizzaw il-kwistjoni tal-immigrazzjoni, iżda…

Aktar