Barranin
Membru mill-band tal-Iżlanda pożittiv għall-COVID-19

Membru mill-grupp Daði & Gagnamagnið tal-Iżlanda ħareġ pożittiv għall-COVID-19.

Wara li nhar il-Ħadd li għadda membru mid-delegazzjoni tal-Iżlanda irriżulta pożittiv għall-Covid-19, il-membri l-oħra tat-tim kellhom jagħmlu t-testijiet. Mit-testijiet ħareġ li membru mill-grupp Daði & Gagnamagnið wkoll huwa pożittiv u għalhekk mhux se jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-provi tal-lum u għada, kif ukoll waqt it-tieni semifinali ta’ għada filgħaxija.

Sa issa għadu mhux ċar x’se jiġri nhar is-Sibt, f’każ li l-kanzunetta tgħaddi għall-finali.

L-aħbar kienet ikkonfermata fuq Twitter minn Daði Freyr, il-kantant tal-grupp.

Mis-semifinali t’għada jridu jgħaddu 10 kanzunetti oħra għall-finali ta’ nhar is-Sibt. S’issa hemm 16-il kanzunetta li se tieħu sehem fil-finali, fosthom ta’ Malta, Je Me Casse.