Membru parlamentari Skoċċiża tivvjaġġa bil-ferrovija bil-Covid-19

Il-membru parlamentari Margaret Ferrier li tirrappreżenta lill-partit nazzjonali Skoċċiż, l-SNP, tneħħiet minn whip parlamentari wara li vvjaġġat mill-Iskozja għall-Londra minkejja li kienet pożittiva għall-Covid-19.

Ferrier talbet skuża illum filgħaxija u ammettiet li ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni għall-azzjonitha.

Hija għamlet swab test s-Sibt wara nofsinhar wara li esperjenzat sintomi moderati u suppost kellha tiżola lilha nnifisha. MInflok vvjaġġat lejn Londra bit-trasport pubbliku biex tiddibatti ir-rispons tal-parlament għall-Covid-19.
Il-membru parlamentari rċeviet ir-riżultat tat-test iżjed tard dakinhar u vvjaġġat lura bil-ferrovija lejn id-dar tagħha fl-Iskozja l-għada, minkejja li kienet taf li kienet pożittiva għall-Covid.
Hija talbet apoloġija  għal għemilha u qalet li se tissottometti lilha nnifsha lill-kummissarju tal-istandards tal-membri parlamentari u l-pulizija
Il-ministru ewlieni tal-Iskozja Nicola Sturgeon fi tweet kitbet li tappoġġja d-deċiżjoni li Ferrier tkun sospiża.  Qalet li tinsab irrabjata ferm għan-nom tal-nies li kuljum qed jagħmlu sagrifiċċji kbar biex jegħelbu l-Covid.