BIL-FILMAT: Merħba sabiħa lil Amber fl-ajruport

Lura Malta mill-Awstrija il-kantanta Amber li minkejja r-riżultat mhux mixtieq stqarret ma’ tvm.com.mt li marret preparata u ġiet lura b’bagalja ta’ esperjenzi mill-aqwa.

Mal-wasla tagħha fis-sala tal-wasliet tal-ajruport għall-ħabta tas-7.15 p.m., Amber u l-kontinġent Malti intlaqgħu minn numru mdaqqas ta’ nies li taw merħba t’apprezzament. Il-kantanta Maltija iltaqgħet fost l-oħrajn mill-Ministru tal-kultura Owen Bonniċi li feraħ lill-Amber u radd ħajr lill-Public Broadcasting Services, bħala l-organizzaturi tal-Malta Song u l-preparamenti għall-Eurovision.

Il-Kap Eżekuttiv tal-PBS Anton Attard f’kummenti mal-kamra tal-aħbarijiet qal li fil-fehma tiegħu wasal iż-żmien li ssir diskussjoni ġdida dwar il-proċess tal-għażla tal-kanzunetta rebbieħa li tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision.

L-appuntament li jmiss mal-Eurovison issa għas-sena d-dieħla.

Aħbarijiet Oħra
MEUSAC

Fl-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika fl-Unjoni Ewropea, 82% tal-Maltin intervistati qalu li jħossu li huma ċittadini tal-Unjoni. U 76% minnhom qalu li jixtiequ jkunu jafu aktar dwar id-drittijiet tagħhom fl-Unjoni Ewropea….

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat qal li kieku kien għall-Partit Nazzjonalista, 117,000 persuna f’21 lokalità ma kienux ser jivvutaw u ser isiru għax il-Partit Laburista ħareġ aktar…

Lokali

Għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u l-Parlament Ewropew se jikkontestaw 10 persuni b’diżabilità, disgħa għall-kunsilli lokali u wieħed għall-Parlament Ewropew. Il-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, Oliver Scicluna qal dan huwa pass pożittiv…

Aktar