Lokali
Meridianbet b’donazzjoni lil santwarju tal-annimali

Il-kumpanija Meridianbet, involuta fis-settur tal-online betting tat donazzjoni ta’ €1,000 lis-santwarju tal-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati, l-AAA li toffri saqaf fuq ras u ħarsien lil madwar 80 kelb u kelba.

Meridianbet qalet li kienet xprunata li tagħti din id-donazzjoni wara bosta appelli fil-midja u l-aħħar każ ta’ moħqrija tal-annimali fejn ġew ikkonfiskati aktar minn 40 kelb/a minn dar f’Birżebbuġa b’ordni tal-qorti. Qalet li f’dan kollu l-kumpanija rat opportunità li ssaħħaħ il-passjoni tagħha favur il-jeddijiet tal-annimali u x-xogħol siewi li jwettqu l-assoċjazzjonijiet u l-voluntieri f’dan is-settur tant importanti biex inħarsu saħħet l-annimali f’pajjiżna.

Il-kelliem tal-kumpanija Meridianbet, Stefan Pavlovic ħeġġeġ kumpaniji oħrajn biex jgħinu b’donazzjonijiet oħrajn lill-AAA.

“Nittamaw li bid-donazzjoni tagħna lil dan is-santwarju, inkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ dawn l-annimali u ta’ dawk li jieħdu ħsiebhom b’imħabba bla qies”, qal Pavlovic waqt li ħeġġeġ lill-pubbliku biex jaddotta u jagħti daqqa t’id f’dawn is-santwarju u jagħti daqqa t’id f’dawn is-santwarji.

Artiklu bi ħlas