Barranin
Messaġġ falz iqajjem paniku sħiħ fi stat Amerikan

Fil-Hawaii ftit tas-sigħat ilu qam paniku kbir minħabba li ħafna rċevew messaġġ fuq il-mobile tagħhom jispjega li missila ballistika kienet ser tolqot dan il-pajjiż u li għandhom ifittxu kenn kemm jista’ jkun malajr biex wara rriżulta li dan kien falz minħabba li ħaddiem għafas buttuna żbaljata u s-sistema bagħtet messaġġ liċ-ċittadini. Il-messaġġ kien trasmess anke bit-televiżjoni u r-radju. Wara 38 minuta li ħareġ il-messaġġ intbagħat messaġġ ieħor lil kulħadd li l-messaġġ kien falz.

Il-Gvernatur David Ige skuża ruħu għal dak li ġara filwaqt li l-Gvern Amerikan qal li ser issir investigazzjoni sħiħa biex dak li seħħ ma jerġax jiġri.

Il-Hawaii għandu sistema ta’ allert minħabba li potenzjalment jista’ jintlaqat mis-sistema tal-missili tal-Korea ta’ Fuq tant f’Diċembru kienet ippruvata l-ewwel sistema ta’ dan it-tip biex tavża lill-pubbliku b’mod immedjat li l-pajjiż ikun ser jintlaqat minn xi missila. Il-Hawaii kien ilu ma jimplimenta miżuri bħal dawn mit-tmiem tal-Gwerra l-Bierda.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Studju ġdid sab li fost dawk li jilbsu l-contact lenses fir-Renju Unit kellhom infenzjoni f’għajnejhom. Riċerkaturi fil-University College London sabu li l-infenzjoni fil-kornea, magħrufa bħala Acanthamoeba keratitis, kważi triplat mill-2011…

Barranin

Raġel ġie arrestat ħdejn il-Buckingham Palace wara li nqabad b’arma fuqu. Siti internazzjonali qed jirrapportaw li r-raġel ta’ 38 sena ġie mwaqqaf għall-ħabta tas-1pm mill-ħaddiema ta’ sigurtà fid-daħla tal-viżitaturi. Fuq…

Ikel

Fl-Iżvizzera, l-elettorat ivvota kontra żewġ proposti għal ikel sostenibbli. L-ewwel riżultati juru li 60% tal-elettorat ivvota kontra dawn il-proposti li kellhom l-għan jsaħħu l-agrikoltura Żvizzera u jippromwovu agrikoltura iktar sostenibbli….

Barranin

Il-Mexxej tal-Partit Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn qal li hu lest jappoġġja referendum ieħor dwar l-Unjoni Ewropea jekk il-membri tal-partit tiegħu jkunu jridu. Qal li għalkemm hu jippreferi elezzjoni ġenerali, ikun…

Aktar