
Sinjal elettroniku fuq waħda mill-pannelli ta’ Transport Malta qanqal tbissima minn bosta li rawh meta fl-aħħar jiem kienu għaddejjin minn triq ewlenija f’Ħal Qormi.
Il-messaġġ jappella lis-sewwieqa biex ikunu kawti għaliex il-ħajja hija prezzjuża. Ħsieb pożittiv li x’aktarx kellu effett fuq is-sewwieqa iktar milli kien intenzjonat.
Dan għaliex żball fil-kitba beda jnissel tbissima f’dawk li jindunaw bih, u forsi serva biex itaffi ftit min-nervi li jakkumulaw b’taħlita ta’ sħana u traffiku.
Jingħad li d-daħk huwa l-aħjar mediċina, u għal mument ċkejken jaf ifakkar li l-ħajja hija tassew prezzjuża.
Is-sejba mill-Pulizija ta’ disa’ kilogrammi droga kannabis f’karozza fl-inħawi ta’ San Ġwann t’Għuxa f’Bormla wasslu biex Indjan tressaq il-qorti mixli li kien fil-pussess tad-droga kannabis f’ċirkustanzi li juru li ma…
Minħabba l-maltemp u baħar qawwi li se jaħkem fil-jiem li ġejjin, il-Virtu Ferries ħabbret li l-vjaġġi kollha skedati għas-Sibt 14 ta’ Diċembri se jitħassru. Biex tikkumpensa għal dan, il-kumpanija se…
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qalet li ġiet programmata b’suċċess teknoloġija li tidentifika ħela ta’ ilma inkluż serq. Il-Korporazzjoni qalet li issa tista’ tittraċċa min jisraq l-ilma b’mod sistematiku. S’issa, il-prevenzjoni tas-serq…
Fi Ġnien ‘Raymond Caruana’ tal-Gudja ġie mikxuf monument artistiku f’ġieħ il-Madonna taċ-Ċintura. Din iċ-ċerimonja ta’ inawgurazzjoni kienet timmarka tmiem il-programm estensiv ta’ ċelebrazzjonijiet li ġew organizzati matul ix-xhur li għaddew…