Lokali
Messaġġ lil ibnu qabel miet: “Bdejt dan il-vjaġġ biex inkun ta’ eżempju għalik”

Il-kuntistabbli Ryan Paul Tonna, li miet ħabta u sabta meta faga fl-ikel wara maratona fl-Italja, qal li beda l-atletika minħabba f’ibnu biex ikun ta’ eżempju tajjeb għalih.

F’messaġġ fuq il-paġna tal-Facebook tiegħu, Ryan qal li beda jitħarreġ u li din kienet l-ewwel nofs maratona li għamel wara li beda jitħarreġ 18-il xahar ilu.

Huwa rringrazzja lil martu Amanda li appoġġjatu f’dan il-vjaġġ, u li fi kliemu, kienet tibqa’ mqajma tistennieh biex tlestilu l-ikel wara li jasal mit-taħriġ.

Irringrazzja lill-kowċ tiegħu Ivan u persuni oħra li għenuh jasal s’hawn. Huwa feraħ atleti oħrajn Maltin li ġrew f’dik li kellha tkun l-ewwel u l-aħħar nofs maratona għalih.

Il-Fondazzjoni Blue Light, l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija u l-Police Officers Union kien fos dawk li esprimew niket għall-mewt ħabta u sabta tiegħu u iddiskrivewh bħala kuntistabbli leali lejn xogħlu.

Ara wkoll:

Pulizija Malti jifga fl-ikel wara maratona fl-Italja

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru tal-Intern, Byron Camilleri qal li 10 suldati Maltin li jinsabu stazzjonati l-Libanu jinsabu tajbin. Dan qalu lbieraħ il-Ministru wara l-isplużjoni li seħħet f’Beirut li ħalliet mijiet midruba u għexieren…

Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal fi stqarrija li waqt laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista li saret it-Tlieta filgħaxija, talab biex jitħaddem bl-iktar mod rigoruż l-istatut il-ġdid tal-Partit għall-elezzjoni tal-Kap…

Kultura

Sal-lum ma kienx faċli li wieħed jikseb informazzjoni dwar l-antenati tiegħu li jmorru lura qabel l-1863 meta bdew jiġu rreġistrati kull twelid, żwieġ u mewt f’Malta u Għawdex. Ħafna minn…

Aktar