
Kronaka
Messaġġi ta’ kuraġġ għal futboler żagħżugħ li ttajjar fir-Rabat
Matteo Grima ta’ 18-il sena huwa ż-żagħżugħ li spiċċa jissielet għal ħajtu wara li ntlaqat minn vettura fir-Rabat tlett ijiem ilu.
Il-ġuvni mill-Imtarfa huwa magħruf fil-komunità tal-futbol lokali, hekk kif jilgħab fit-tielet diviżjoni ma’ Mdina Knights FC.
Kienu bosta dawk li awguraw fejqan ta’ malajr u wegħdu t-talb tagħhom lil Matteo, fosthom it-tim tal-futbol li jilgħab miegħu kif ukoll l-Assoċjazzjoni Maltija tal-futbol.
Fl-inċident Matteo sofra ġrieħi serji, bil-qraba tiegħu jikkonfermaw ma’ TVM li sfortunatament għadu fil-periklu tal-mewt. Huma qed jappellaw lil kulħadd biex iżomm lil Matteo fit-talb tiegħu.
Ara wkoll:
AĠĠORNAT: Ġuvni fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar fir-Rabat