Televiżjoni u Radju
Meta Black Sabbath kienu fuq Radju Malta

Kien bħal daż-żmien 27 sena ilu li l-programm tar-radju Rock Express għamel id-debutt tiegħu bid-diska Born to be Wild tal-grupp Kanadiż Steppenwolf.

Minn dak iż-żmien Brian Micallef, li huwa fost l-iktar preżentaturi veterani, baqa’ għaddej b’dan il-programm ta’ mużika Rock u Blues, li għadu segwit minn bosta fuq Radju Malta.

Matul is-snin, fil-programm tiegħu Brian kellu gruppi u artisti ta’ fama internazzjonali, bħal Black Sabbath, Deep Purple, Iron Maiden, Fish u ħafna oħrajn.

Mix-xena lokali, il-preżentatur stieden il-maġġoranza ta’ gruppi u artisti f’din ix-xena ta’ mużika Rock u Blues, biex jgħinhom jippromovu l-mużika tagħhom fis-suq lokali u internazzjonali.

Il-programm Rock Express jiffoka wkoll fuq informazzjoni u mużika tal-mument li tkun għadha kemm ħarget f’din ix-xena ta’ Rock u Blues.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Hands On, kumpanija Maltija li tispeċjalizza f’teknoloġiji ta’ tracking għall-vetturi, ser titrasforma l-fabbrika tagħha fil-Mosta TechnoPark biex tirriċerka dwar trasport alternattiv, inkluż vetturi li jinstaqu waħidhom. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Hands…

Lokali

45 familja li jgħixu fil-housing estates f’Ta’ Pennellu l-Mellieħa se jgawdu minn xogħlijiet ta’ rinovar u ta’ tisbiħ li jammontaw għal €400,000. Waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha żar ix-xogħol li għaddej,…

Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista permess tal-kandidati għall-elezzjonijiet Ewropej Franciz Zammit Dimech u Roselyn Borg Knight qalu li l-Partit Nazzjonalista qed iwiegħed investiment fir-riċerka għal mediċini innovattivi li jsaħħu l-ġlieda kontra l-kanċer. Huma…

Qorti

L-Imħallef irtirat, Michael Mallia, li qed jeżamina l-aħħar messaġġi li kienet irċeviet Daphne Caruana Galizia, se jkun jista’ jeżamina wkoll il-laptop ta’ Caruana Galizia għal theddid li setgħet irċeviet. Dan…

Aktar