Kurżitajiet
Meta huwa l-waqt li wieħed jibda jagħmel is-sess?

Hemm min jgħid li l-akbar dispjaċir li għandu li għamel is-sess ta’ età bikrija – dan ġie kkonfermat minn stħarriġ li sar dwar l-atteġġjament sesswali fl-Ingliterra.

Aktar minn terż tan-nisa u kwart ta’ rġiel ammettew fl-istħarriġ li jiddispjaċihom li għamlu s-sess għall-ewwel darba  f’żogħżithom u li meta jħarsu lura, jintebħu kemm ma kienx iż-żmien opportun.

Minkejja li l-età ta’ kunsens għas-sess hija dik ta’ 16-il sena, numru konsiderevoli ta’ persuni ammettew li kieku kellhom jreġgħu lura l-arloġġ ma kienux jgħaġġlu biex jipparteċipaw f’atti sesswali.

Skont l-istatistika nazzjonali tal-atteġġjament sesswali fl-Ingilterra, il-biċċa l-kbira taż-żgħażagħ ma jkunux lesti biex jagħmlu s-sess.

L-istħarriġ li ġie ppubblikat f’BMJ Sexual & Reproductive Health, minn riċerkaturi tal-London School of Hygiene and Tropical Medicine, ġabar l-informazzjoni minn kważi 3,000 parteċipant.

Irriżulta li, kważi 40% tat-tfajliet u 26% tal-ġuvintur iħossu li bdew jagħmlu s-sess minn kmieni wisq , b’terz minnhom saħansitra għamluh qabel is-16-il sena.

L-istudju sab ukoll li nofs it-tfajliet u 4 minn kull 10 ġuvintur għamlu s-sess taħt l-effett tax-xorb mentri tfajla minn kull 5 u ġuvni minn kull 10 qalu li ħassewhom ippressati mill-ħbieb li jieħdu tali deċiżjoni.

Dr Melissa Palmer, riċerkatriċi tan-Natal Survey, temmen li l-edukazzjoni sesswali fl-iskejjel għandha tipprovdi lill-istudenti b’aktar informazzjoni u tagħrif dwar kif wieħed jagħmel is-sess għall-ewwel darba b’mod pożittiv u sigur.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Kienet xena mhux tas-soltu f’Marsaskala meta għadd ta’ papri ntlemħu jaqsmu t-triq minn zebra crossing l-Erbgħa filgħodu. Għalkemm il-papri huma xena komuni f’Marsaskala, normalment jidhru fil-bajja jew fil-magħluq, mhux jaqsmu…

Barranin

Is-siġra li kienet tissimbolizza l-ħbiberija bejn Donald Trump u Emanuel Macron mietet. Din is-siġra kienet tħawlet f’Washington DC f’April li għadda meta l-President Franċiż żar lill-President Amerikan għal diversi laqgħat…

Barranin

Bastiment tas-seklu 19 li kien għadu kemm ġie rrestawrat spiċċa għereq wara li ħabat ma’ vapur tal-kontejners fil-Ġermanja. Fl-inċident, li seħħ fuq ix-xmara Elbe qrib il-belt ta’ Hamburg, għadd ta’…

Barranin

Cristiano Ronaldo waqqaf ix-xarabank li kien qiegħed fuqu biex iferraħ sostenitur speċjali tiegħu; tifel marid bil-lewkimija. Wara t-taħriġ f’Estadio do Bessa, f’Porto, il-plejer Portugiż waqqaf ix-xarabank biex jgħannaq lil Eduardo Moreira…

Aktar