Kurżitajiet
Meta kienu żgħar kien imur sal-ħanut biswit darha biex jaraha kuljum…

‘Sibtek’ tal-lum se jkun mimli koppji differenti, mill-bidu sal-aħħar.

Liema koppji, ser jirrakkontaw minn xiex għaddew, kif ukoll ser jaqsmu mat-telespettaturi ta’ Television Malta wħud mill-aktar esperjenzi importanti ta’ ħajjithom.

Fost l-għadd ta’ koppji mistiedna llum, il-koppja anzjana magħmula minn Louis u Antida, li minkejja l-età għadhom it-tnejn li huma fuq tagħhom ġmielu, hekk kif għadhom iħossuhom żgħażagħ fl-ispirtu.

Fost l-oħrajn, Louis jirrakkonta kif qabel ma beda joħroġ ma’ Antida kien imur jagħti daqqa t’id f’ħanut biswit darha, bil-għan li jkun jista’ jaraha kuljum preċett.

Lil hinn mill-istejjer, ma jonqsux l-isfidi u l-logħob, bħal kull nhar ta’ Sibt. U, min se jirbaħ it-titlu tal-koppja tas-sena? ‘Sibtek’, illum, fis-12.45pm, fuq Television Malta.

Sibtek

Sibtek kull nhar ta' Sibt fuq TVM fis-12:45Ara aktar episodji hawnhekkhttps://www.tvm.com.mt/mt/tvmi/programmes/sibtek/

Gepostet von Television Malta am Freitag, 7. Februar 2020

Aħbarijiet Oħra
Tradizzjonijiet

Dahri kienu jkunu bilqiegħda fuq xi banketta ħa taqa’ biċċiet biswit xi zuntier għall-frisk, libsin qmis bajda qoton, sidrija miftuħa beraħ, u beritta. F’idejhom, l-għannejja kien ikollhom kitarra, u bi…

Kurżitajiet

Il-Karnival tant mistenni, aktarx l-aktar miċ-ċkejknin, jinsab magħna. Madanakollu, lil hinn mill-bluha u x-xalar li jikkaratterizzaw xi ftit jew wisq dawn il-jiem ta’ briju, ‘Sibtek’ illum jissokta b’programm ieħor mimli…

Storja

Fost l-aktar destinazzjonijiet ta’ interess li jinsabu qrib tagħna, u li huma pjuttost imfittxija mill-Maltin, Sqallija. Liema gżira, tinsab tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod minnha, u li tħaddan għadd ta’…

Aktar