Xogħol
Meta l-ġenituri joħorġu jaħdmu jħalli effett ta’ ġid fuq it-tfal -il-Ministru Bartolo

Il-miżuri tat-tapering tal-benefiċċji socjali u l-in-work benefit wasslu biex aktar nisa daħlu fid-dinja tax-xogħol. Dan ħareġ f’konferenza bit-tema “Making Work Pay” li poġġiet taħt il-lenti l-introduzzjoni ta’ miżuri li jinċentivaw ix-xogħol flok il-benefiċċji soċjali.

Il-Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon, qal li l-profil tal-persuni li ma baqgħux dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali juri li l-maġġoranza ta’ dawk li bbenefikaw mill-iskemi tat-tapering u tal-in work benefits huma nisa u ommijiet. Spjega li s-sistema tat-tapering li biha persuna barra l-paga, tibqa’ tieħu parti mill-benefiċċju soċjali għal tliet snin, wasslet biex inċentivat aktar nies biex joħoru jaħdmu. Qal li dan l-inċentiv kien msaħħaħ mill-inwork benefit għall-familji bit-tfal u childcare b’xejn.

Il-Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon qal ”sebgħin fil-mija kienu nisa li applikaw għal din l-iskema, ir-raġuni hija ovvja dawn kienu idle fid-dinja tax-xogħol u bis-saħħa ta’ din irnexxielhom li verament li jidħlu fix-xogħol u it pays off, li wieħed jaħdem.”

L-ekonomista Nicholas Ellul, mill-aġenzija Jobs Plus qal li minn studju li għamel irriżulta li kien hemm 64 fil-mija ta’ dawk li reġa’ bdew jaħdmu ma kinux jirritornaw lejn id-dinja tax-xogħol kieku ma sarux il-miżuri bħal tapering u l-inwork benefits. Qal li l-maġġoranza tagħhom għandhom minn wild wieħed sa żewġt ulied u qed jaħdmu fl-oqsma varji tal-ekonomija.

”Interessanti li naraw li huma l-iżjed fix-xogħlijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ sales u xogħolijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ machine assemblers u operators, jiġifieri jista’ jkun li l-ħiliet tagħhom kienu iktar tajbin għal dat-tip tan-natura tax xogħol.”

Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, qal li l-benefiċċji tal-persuni li jaħdmu ma jrendiex biss il-frott għall-ekonomija iżda hemm ukoll benefiċċji u impatt pożittiv fuq it-tfal.

”Meta l-ġenituri tat-tfal joħorġu jaħdmu jħalli effett ta’ ġid fuq it-tfal għax it-tfal jifhmu li meta tagħmel sforz itejjeb ħajjtek u allura biex itejjeb ħajjtek trid tagħmel sforz, u mhux allura tibqa b’dik il-mentalità li inti fl-aħħar tax-xahar se jasallek ċekk, anki jekk ma tagħmel xejn u allura tintelaq mal-kurrent.”

Fl-2012 kien hemm kważi għaxart t’elef persuna li kellhom bżonn għajnuniet soċjali u b’dawn l-inċentivi naqsu għal sitt elef, tmien mija u erbgħin f’Diċembru li għadda.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Sentejn ilu waqa’ għall-vizzju tad-droga għax tilef lill-ommu u sofra minn sfidi mentali, iżda issa ddeċieda li jidħol għall-programm tal-Caritas biex ikun jista’ jerġa’ jgħannaq lil familtu u jgħin persuni…

Lokali

Tabiba Maltija ngħata kariga importanti fi ħdan l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Dr Natasha Azzopardi Muscat inħatret bħala Direttur li fost affarijiet oħra se tieħu ħsieb is-servizzi tas-saħħa fl-Ewropa fosthom biex jiżdied…

Edukazzjoni

Ċans ieħor lill-istudenti japplikaw għall-eżamijiet li se jsiru f’Settembru fil-livell intermedjarju u avvanzat. Dan jgħodd għall-istudenti li ma kinux irreġistraw għall-eżamijiet u li kieku ma nqalgħetx il-pandemija kienu jsiru fil-ġimgħat…

Lokali

Ħafna mill-bdiewa qed jilmentaw li ser jibqgħu bil-patata ma’ wiċċhom minħabba nuqqas ta’ domanda mis-suq kemm f’Malta kif ukoll mis-swieq tal-esportazzjoni minħabba li din ukoll intlaqtet mill-Covid-19. Television Malta jinsab…

Aktar