MEUSAC
Meta l-kriminali jilagħbu noli

Permezz tal-Mandat ta’ Arrest Ewropew, l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jikkollaboraw biex jestradixxu suspettati ta’ atti kriminali jew kriminali maħrubin. B’hekk, l-awtoritajiet jistgħu jiġġieldu l-kriminalità u t-terroriżmu b’mod iktar effiċjenti.

Il-Mandat ta’ Arrest Ewropew isir permezz ta’ proċedura legali li tħaffef il-proċess ta’ estradizzjoni minn Stat Membru għall-ieħor sabiex persuni mfittxija jitressqu l-qorti jew iservu sentenza ta’ ħabs fil-pajjiż fejn ikunu wettqu xi att kriminali.

Il-Mandat ta’ Arrest Ewropew isaħħaħ is-sigurtà fl-Ewropa għaliex huwa għodda għall-awtoritajiet ġudizzjarji biex jaqbdu iktar malajr persuni li jkunu mfittxija mill-ġustizzja, ikunu fejn ikunu maħrubin fl-Ewropa.

Sa minn meta daħal fis-seħħ, il-Mandat ta’ Arrest Ewropew wassal biex jinqabdu eluf ta’ persuni perikolużi. Każi li jibqgħu jissemmew huma ta’: terrorist involut fl-attakki ta’ Pariġi tal-2015 li nqabad fil-Belġju; persuna li qatel erbgħa min-nies f’Mużew fi Brussell li nqabad fi Franza; qattiel Ġermaniż li nqabad fi Spanja; suspettat traffikant tad-droga minn Malta li nqabad f’Londra; u grupp ta’ ħallelin armati mfittxija mill-Italja li nqabdu f’sitt pajjiżi differenti.

Qabel l-2004, il-proċess ta’ estradizzjoni kien jieħu bejn wieħed u ieħor sena sakemm persuna kienet tintbagħat lejn il-pajjiż li jkun qed jitlob l-arrest. L-estradizzjoni kienet tiġi miftiehma bejn Stati Membri differenti u kultant id-deċiżjoni kienet anki tittieħed fuq livell politiku. Xi Stati Membri lanqas kienu jaċċettaw li persuna tkun estradita. Mill-2004 ’l hawn, bil-Mandat ta’ Arrest Ewropew, huma l-awtoritajiet ġudizzjarji li b’kuntatt dirett ma’ xulxin u b’fiduċja u koperazzjoni sħiħa, id-deċiżjoni li persuna tiġi estradita trid issir fi żmien 60 ġurnata u f’għaaxart ijiem il-persuna trid tkun estradita.

Illum il-ġurnata, Stat Membru jista’ biss jirrifjuta li jestradixxi persuna f’każi speċifiċi ħafna.
Persuna jista’ jinħarġilha Mandat ta’ Arrest Ewropew jekk: tkun akkużata b’offiża li ġġorr piena ta’ aktar minn sena ħabs; tkun ġiet mibgħuta l-ħabs b’sentenza ta’ mill-inqas erba’ snin. B’hekk il-Mandat ta’ Arrest Ewropew hu marbut ma’ offiżi serji, sentenzi twal ta’ ħabs, u l-gwadann mill-fatt li persuna tkun estradita.

Persuni mfittxija għall-estradizzjoni għandhom l-istess drittijiet ta’ ċittadini oħra f’każijiet bħal dawn, jiġifieri drittijiet ta’ traduzzjoni waqt il-proċeduri kriminali, li s-suspettati jkunu infurmati bid-drittijiet tagħhom, id-dritt tal-avukat, li jikkomunikaw ma’ membri tal-familja u min iħaddimhom, u d-dritt għall-għajnuna legali.

Fl-ewwel 10 snin tiegħu, il-Mandat ta’ Arrest Ewropew wera li huwa l-iktar strument tal-Unjoni Ewropea użat fil-qasam tal-ġustizzja kriminali. Dan jidher mid-drabi li jintuża, meta, l-ammont li ntuża rdoppja. Dan kollu jfisser li iktar persuni qegħdin kulma jmur jinstabu f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea u estraditi b’suċċess lejn il-pajjiż li fih kienu qed jiġu akkużati jew sentenzjati għal xi att kriminali. Għal iktar informazzjoni dwar il-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea tista’ tidħol fil-Portal Ewropew Ġustizzja-e tal-Kummissjoni Ewropea. Dan il-portal huwa maħsub bħala punt ta’ waqfa waħda elettroniku futur fil-qasam tal-ġustizzja. Permezz tal-informazzjoni li fih fi 23 lingwa, dan il-portal itejjeb l-aċċess għas-sistemi ġudizzjarji fl-Unjoni Ewropea.

Għal iktar informazzjoni dwar il-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea tista’ tidħol fil-Portal Ewropew Ġustizzja-e tal-Kummissjoni Ewropea. Dan il-portal huwa maħsub bħala punt ta’ waqfa waħda elettroniku futur fil-qasam tal-ġustizzja. Permezz tal-informazzjoni li fih fi 23 lingwa,  dan il-portal itejjeb l-aċċess għas-sistemi ġudizzjarji  fl-Unjoni Ewropea.

Dan it-tagħrif miġbur minn:

Aħbarijiet Oħra
Settur Marittimu

Il-kumpanija Valletta Cruise Port li tmexxi t-terminal tal-passiġġieri tal-cruise-liners u faċilitajiet oħra fil-Port il-Kbir qed tieħu miżuri favur l-ambjent biex tikseb ċertifikazzjoni ta’ port ekoloġiku. Intervistat minn TVM, il-Kap Eżekuttiv…

Knisja Maltija

L-Arċisqof Charles J. Scicluna appella għar-rispett lejn id-dinjità tal-mara waqt quddiesa li fiha talab biex terġa’ tinfetaħ il-kawża għall-beatifikazzjoni ta’ Adelaide Cini, li qal l-eżempju ta’ ħajjitha u l-ħidma li…

Qorti

Il-Qorti Kostituzzjonali laqgħet ir-rikors tal-Ministri Edward Scicluna, Konrad Mizzi u Chris Cardona biex ma jixhdux f’kawża kostituzzjonali iżda fi żmien jumejn iridu jippreżentaw s-silta minn fejn ikkwotaw ir-rapport tal-inkjesta Egrant…

Budget

Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna qal li l-Budget ippreżentat ilbieraħ u r-reazzjoni ġenerali għalih huma turija li l-Gvern hu konxju tal-isfidi, l-opportunitajiet u l-ħtiġijiet tan-nies. F’konferenza tal-aħbarijiet l-għada tal-Budget, il-Ministru Scicluna…

Aktar