Kurżitajiet
Meta ma ġġibhiex żewġ b’intervent kożmetiku

Hekk kif qed jiżdiedu l-interventi kożmetiċi mingħajr l-użu ta’ proċeduri kirurġiċi, qed jinħarġu bosta twissjijiet dwar min qed jirrikorri għall-fillers fix-xuftejn.  Dan qed jikkawża kumplikazzjonijiet, b’dawk milquta qed ikollhom imorru l-isptar biex jingħataw il-kura meħtieġa.

Għaldaqstant mistennija tibda kampanja ta’ kuxjenza fir-Renju Unit biex titqajjem iktar kuxjenza dwar dan, madanakollu esperti iktar huma favur li jissaħħu l-liġijiet f’dan ir-rigward.

Personalitajiet u influencers qed jaqsmu l-esperjenzi tagħhom fuq l-internet b’rabta ma’ dawn il-proċeduri kirurġiċi tant li qed iħallu impatt fuq is-segwaċi tagħhom hekk kif qed jiżdied l-ammont ta’ nies li qed jagħmlu l-fillers id-dar tagħhom stess.

Iżda li mhux qed jingħad huwa r-riskju li jista’ jkollhom u l-impatt fuq saħħithom jekk ma jġibuhiex żewġ.  Ħafna jagħmlu dawn l-interventi biex iħossuhom iktar kunfidenti bid-dehra tagħhom u iktar attraenti.

Hawn min tant huwa ffissat dwar it-tikmix li qed jixtri prodotti mill-internet u jagħmel l-intervent waħdu d-dar.  Dat-tip ta’ fillers ma jsirux minn professjonisti u m’humiex regolati bħall-mediċina.

Min ma jużahomx sew jista’ jikkawża nefħa jew infezzjoni u f’każi rari saħansitra jkunu jeħtieġu jiġu operati jew mediċina apposta jekk tifforma xi boċċa taħt il-ġilda.  F’każi estremi, jista’ wkoll ikun hemm minn jagħma.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Saħħa

Waqt attività tal-għoti tad-demm organizzata mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, 30 ħaddiem tal-awtorità nkiteb biex l-organi tiegħu jingħataw b’donazzjoni wara mewtu. Waqt l-istess attivtà, 19-il persuna oħra taw id-demm. L-ERA stiednet…

Aktar