Enerġija
Meta tagħti l-fjuwil agħti kas tal-prezz, mhux tal-meter biss

Mill-ispezzjonijiet li d-direttorat tal-metroloġija għamel din is-sena fuq il-pompi tal-petrol ma jirriżultax li kien hemm manipulazzjoni li setgħet wasslet biex il-konsumatur ma jiħux għal dak li jkun ħallas għalih.

Min-naħa l-oħra, sid ta’ pompa ħeġġeġ lill-konsumatur biex ma jagħtix kas biss il-meter fin-naħa ta’ fuq tal-pompa, iżda wkoll il-prezz ta’ kull litru indikat ukoll fil-pompa.

Minn tal-anqas darba f’sena, uffiċjali tad-Direttorat tal-Metroloġija jispezzjonaw mas-600 żennuna fil-pompi tal-petrol li hawn f’Malta u Għawdex biex jaċċertaw li l-konsumaturi qed jieħdu dak li jħallsu għalih.

L-inġinier David Francis Bartolo qal li ġieli jiltaqgħu ma’ nuqqasijiet li mhux dejjem ikunu favur is-sid tal-pompa. “Ġieli nsibu ‘l hemm u ‘l hawn imma l-maġġoranza qed jagħtu tajjeb.” Mistoqsi x’tip ta’ nuqqasijiet isibu, l-Ingġinier Bartolo jgħid li ġieli jkunu jew qed jagħtu ftit u ġieli jagħtu żżejjed.

L-Inġinier Bartolo żied li mill-ispezzjonijiet li saru din is-sena l-ebda meter tal-pompa ma nstab li kien manipulat. “Bħala tbagħbis ‘as such’ le, għax dak mill-ewwel tinduna għax dak biex tbagħbas trid taqta’ s-siġill. Is-siġilli kollha sibnihom tajbin, li jkollhom hi dik jgħidulha drift, li hija ħaġa normali li l-pompa wara ċertu żmien tibda tidriftja u ma tibqas preċiża, ovvjament ir-responsabilità tas-sid biex iċempel technicians tiegħu biex jerġa’ jirranġaw. Aħna min-naħa tagħna niċċekkjaw li dan ix-xogħol qed isir.”

Madankollu Television Malta hu infurmat li l-prezz tal-fuel fil-pompi tal-petrol faċilment jista’ jiġi mibdul permezz ta’ programm tal-kompjuter li għandhom il-pompi tal-petrol. Sid ta’ pompa, Mario Camilleri qal li l-konsumatur għandu jagħti kas tal-prezz għal kull litru fuq il-pompa tal-fuel għaliex dak jiddetermina kemm iż-żennuna tkun qed titfa’ litri ta fuel fit-tank.

“Huwa tajjeb li jiċċekjawh għax il-prezz jista’ jinbidel, ovvjament jew mis-sid jew inkella għax jogħla jew għax jorħos, imma wieħed għandu jiċċekkja dejjem. Huwa tajjeb li wieħed jinżel mill-karozza biex jiċċekkja mhux joqgħod iserraħ fuq l-attendant jew inkella s-sid,” spjega s-Sur Camilleri.

L-Uffiċjali tad-Direttorat tal-Metroloġija jwettqu numru ta’ spezzjonijiet għall-għarrieda fuq il-pompi tal-petrol għax skont il-liġi
dan id-Direttorat fi ħdan l-Awtorità tal-Kompetizzjoni l-Konsumaturi għandu l-poter li jispezzjona u jagħmel verifiki fuq kull strumenti ta’ kejl li jkollhom impatt dirett fuq il-konsumatur, bħalma huma l-imwieżen, ċilindri tal-gass u speed cameras.

Aħbarijiet Oħra
Internet

Riklami foloz fuq Facebook bi stejjer dwar kif personalitajiet Maltin saru miljunarji wara li investew flushom, huma qarrieqa. Il-Kampanja Nazzjonali għall-Għarfien u Edukazzjoni dwar is-Sigurtá Diġitali, wissiet lill-pubbliku biex joqgħod…

Saħħa

Bl-influwenza tilħaq l-aqwa tagħha f’dawn il-jiem, l-Isptar Mater Dei sa dalgħodu anke kellu numru ta’ pazjenti fil-kuridur minħabba li s-sodod kollha jinsabu mimlija. Madankollu l-awtoritajiet tas-saħħa ċaħdu li l-virus tal-influwenza…

Safar

Waħda mid-destinazzjonijiet li qed issir ferm popolari magħna l-Maltin, hija bla dubju l-Marokk. Pajjiż li joffri attrazzjonijiet varji u interessanti. L-oriġini ta’ dan l-isem ġej minn Marrakesh, belt fin-nofsinhar ta’ dan il-pajjiż…

Kronaka

Kompliet illum il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Jelle Rijpma li qed jiġi akkużat bil-qtil tal-ex maħbuba u kollega tiegħu Shannok Mak, li nstabet b’għonqha mħanxar f’Santa Venera. Mill-kumpilazzjoni, ħareġ li l-ġuvni…

Aktar