Teknoloġija
Metodu ġdid ta’ komunikazzjoni permezz ta’ videoconferencing

Videoconferencing hija sessjoni ta’ komunikazzjoni viżiva bejn żewġ persuni jew iktar li irrispettivament minn fejn ikunu jinsabu, jagħmlu trażmissjoni bl-awdjo u l-video dak il-ħin stess.

Din it-trażmissjoni ssir permezz ta’ kompjuter b’webcam u speaker, konnessjoni tal-internet u software tal-videoconferencing. Għalkemm dan il-mezz ta’ komunikazzjoni għandu diversi aspetti pożittivi, jista’ jippreżenta wkoll theddid għas-sigurtà għalhekk huwa kruċjali li jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa. Wieħed għandu jamministra laqgħa billi juża ‘host features’ u dejjem irid jaċċerta ruħu li l-laqgħat ikunu protetti minn password, biex persuni li mhumiex invitati ma jkunux jistgħu jidħlu fit-trażmissjoni. Tajjeb ngħidu li qatt ma għandna naqsmu informazzjoni dwar laqgħat privati fuq pjattaformi pubbliċi.

Biex it-trażmissjoni ssir bla xkiel, dejjem għandna naraw li l-verzjoni tas-software użat għall-videoconferencing ikun l-iktar wieħed riċenti.

Imxi ma’ dawn is-suġġerimenti biex tkun biss video call il-bogħod, b’serħan il-moħħ!