Lokali
MEUSAC bl-għan li tressaq liċ-ċittadini qrib l-UE

Connecting citizens to the EU hija l-missjoni prinċipali tal-aġenzija MEUSAC. Il-Kap tal-MEUSAC Vanni Xuereb qal li l-għan tal-aġenzija huwa li tressaq liċ-ċittadini aktar qrib l-Unjoni Ewropea.

Qal li l-ħidma tal-aġenzija kienet kruċjali mhux biss biex isaħħaħ id-djaloġu soċjali imma wkoll tiftaħ il-bieb biex għaqdiet mhux governattivi u kunsilli lokali jiksbu fondi Ewropej għal proġetti tagħhom.

Bejn l-2008 u l-ewwel nofs ta’ din is-sena, il-Kunsilli lokali u għaqdiet mhux governattivi ħadu bejniethom 44 miljun ewro minn fondi Ewropej.

Il-Kap tal-Aġenzija MEUSAC Vanni Xuereb qal li l-MEUSAC kien strumentali biex dawn l-entitajiet, setgħu akkwistaw fondi biex jiffinanzjaw proġetti tagħhom.

Waqt li pprezenta l-ewwel rapport annwali tal-MEUSAC bħala aġenzija, Dr Xuereb qal li l-MEUSAC nieda l-proġett Engage li huwa kofinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew bil-għan li l-Maltin jipparteċipaw b’mod iktar sħiħ fid-djalogu soċjali. Dr Xuereb qal li l-ħidma tal-MEUSAC trid tkompli anke fil-qafas tal-ftehim finanzjarju għal perjodu bejn is-sena 2011 u l-2028 li għadu qed jiġi negozjat.

Dr Vanni Xuereb qal ”wieħed ikun jaf kemm fondi (diretti) tal-Erasmus Plus u anki l-fondi l-oħra indiretti li huma allokati għal Malta bħal fond soċjali Ewropew, u l-fond tal-iżvilupp reġjonali li narawh jiffinanzja proġetti bħall-isptar Sir Anthony Mamo, l-isptar tal-onkoloġija u l-qafas tal-proġetti tat- toroq.”

Dwar il-budget li jmiss tal-Unjoni Ewropea, il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej, Helena Dalli qalet li fil-prinċipju għad ma hemmx ftehim dwar kif se jitqassmu r-riżorsi tal-Istati Membri. Qalet li fil-ġranet li ġejjin, il-Kummissjoni Ewropea mistennija toħroġ aktar proposti dettaljati dwar l-allokazzjoni finanzjarja għall-oqsma tas-sigurtà u d-difiża, il-migrazzjoni u l-Politika Agrikola Komuni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, u l-investiment fiż-żgħażagħ.

Il-Ministru Helena Dalli qalet ”kull pajjiż irid jara x’se jkun qed joħroġ mill-proposti tal-kummissjoni u aħna min-naħa tagħna rridu naraw dak li se jkun jinteressa l-iktar lilna.”

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Aaron Farrugia qal li r-riżultati miksuba fl-istħarriġ tal-Ewrobarometru jindikaw li l-Maltin iħossuhom komdi fuq livell nazzjonali u Ewropew.

 

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar