Kurżitajiet
Mewta sfurzata għall-“ħanfusa” fit-triq!

Il-kumpanija Ġermaniża Volkswagen se tieqaf tipproduċi l-mudell tal-Beetle fl-2019.  B’hekk se tkun qed tintemm l-era ta’ din il-karozza ikona li kellha disinn partikolari li jispikka fit-toroq.

Il-Volkswagen qalet li l-aħħar produzzjoni tal-Beetle se ssir fl-impjant tal-Messiku f’Lulju tas-sena d-dieħla.  Il-bejgħ tagħha jidher li naqas gradwalment fl-aħħar snin, b’mod partikolari fl-Istati Uniti.

Jidher li d-deċiżjoni ttieħdet hekk kif l-Amerikani qed jgħażlu karozzi ikbar u sportivi, filwaqt li wara l-iskandlu tal-emissjonijiet tad-dieżel, il-Volkswagen għażlet li tnaqqas il-mudelli tal-vetturi u tiffoka fuq dawk adattati għall-familja u l-karozzi tal-elettriku.

Il-Beetle kienet oriġinarjament iddisinjata fit-30ijiet mill-inġinier leġġendarju Ferdinand Porsche, li llum huwa iktar sinonimu mal-karozzi veloċi.  Dak iż-żmien Adolf Hitler xtaq li jiġu manifatturati karozzi irħas u adegwati iktar għan-nies.

Wara l-ħsarat li ġarrab l-impjant fit-Tieni Gwerra Dinjija, il-kumpanija Ġermaniża spiċċat f’idejn l-alleati li taw il-ħajja mill-ġdid lill-produzzjoni tal-vetturi.

Iżda l-Beetle spiċċat popolari mad-dinja kollha meta ntużat fil-films ta’ Herbie the Love Bug fis-60ijiet u s-70ijiet.  Iżda maż-żmien naqset il-produzzjoni ta’ dan il-mudell u ngħatat dehra ġdida biex reġa’ beda jiżdied il-bejgħ fid-90ijiet.

Il-kumpanija għadha mhix tiskarta l-idea li xi darba terġa’ toħloq disinn ġdid biex tniedi l-Beetle fil-futur, iżda għalissa t-toroq se jkollhom jiċċaħdu mill-“ħanfusa” tradizzjonali b’ilwien differenti u partikolari li kienu jispikkaw fost vetturi oħrajn.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ġlieda f’nofs titjira minn Gold Coast fl-Awstralja għal Singapore sfurzat lill-bdot jagħmel inżul t’emerġenza fil-belt ta’ Sydney. Passiġġier ippubblika filmat fuq is-siti soċjali u qal li wara li saru jafu…

Kurżitajiet

Anzjana ta’ 85 sena u anzjan ta’ 82 sena iżżewġu wara li kienu ilhom flimkien 54 sena.  Ir-raġel ilu jbati 18-il sena mill-marda tal-Parkinson u issa sab ruħu fuq siġġu…

Familja Rjali

Biċċiet mill-karozza tal-Prinċep Philip qed jinbiegħu fuq eBay, liema biċċiet diġà qed iġibu prezz tajjeb – $85,000. Biċċiet tal-plastik mill-karozza tal-Prinċep Philip inġabru mit-triq wara li ħabat f’Sandringham, Norfolk.  S’issa…

Barranin

Is-salluri fix-xmara Thames qed jispiċċaw hyperactive minħabba li l-ilma huwa kkontaminat b’livell għoli ta’ kokaina. Skont riċerka ġdida li saret f’Londra qed tiġi kkunsmata ħafna d-droga kuljum li qed tħalli…

Aktar