Barranin
Mexxejja Kroati u Franċiżi jifthemu li jiltaqgħu Moska wara d-disfatta tal-Ingliżi

It-tamiet tal-partitarji tal-Ingilterra sfumaw fix-xejn ilbieraħ filgħaxija, meta nkitbet paġna ġdida fl-istorja tal-futbol Kroat. Il-ħarsa ddur lejn il-finali tal-Ħadd, f’konfront nostalġiku għaż-żewġ timijiet meta 20 sena ilu kienu ltaqgħu fis-semi finali.

Qalbhom maqsuma iżda b’rashom mgħollija… sentiment komuni fost l-Ingliżi wara t-telfa fis-semi finali tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Kroazja, li fissret li t-tama li jerġgħu jgħollu t-tazza tad-dinja ikollha tistenna mill-anqas erba’ snin oħra.

Minkejja d-disfatta bit-tim Ingliż jiġi megħlub mit-tim Kroat, xorta jinħass sens ta’ ottimiżmu, anke fost il-midja Ingliża li fil-bidu tal-kompetizzjoni kienet kritika fil-konfront tat-tim tat-tliet iljuni mmexxi minn Gareth Southgate.

It-telfa għall-Ingliżi fissret kwalifikazzjoni storika għall-Kroazja, li bidlet il-pjazez u t-toroq ta’ Zagreb f’baħar ta’ nies lebsin l-ilwien Kroati. Saħansitra l-kabinett Kroat libes il-flok distintiv tal-pajjiż.

Il-President tal-Kroazja Kolinda Grabat-Kitarovic, li rat il-logħba ma’ diversi mexxejja fis-summit tan-NATO, awgurat li l-Ħadd li ġej tinkiteb paġna ġdida fl-istorja tal-futbol Kroat. “President Macron and myself agree that we’ll see each other in Moscow on Sunday, so I’ll be cheering for the team,” qalet il-President.

Komuni għaż-żewġ finalisti huwa l-20 anniversarju mill-akbar kisbiet fl-istorja tal-football tagħhom sal-lum, Franza li 20 sena ilu rebħet it-Tazza tad-Dinja f’darha għall-ewwel darba, waqt li l-Kroazja kienet ikklassifikat fit-tielet post – l-għola li qatt kienu waslu s’issa.

Il-Franċiżi jinsabu ottimisti li nhar il-Ħadd se jżidu stilla oħra fuq il-flokk u jpattu għad-diżappunt fil-finali tat-tazza tad-dinja fl-2006 u dik tal-euro ta’ sentejn ilu f’darhom. Madanakollu, ħafna jsostnu li l-Kroazja mhux ta’ min jaqtagħhom barra.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Barranin

L-attriċi Emilia Clarke, li tinterpreta l-parti tal-prinċipessa Daenerys Targaryen fis-serje televiżiva Game of Thrones, żvelat li kienet f’xifer il-mewt waqt li kienet qed tinġibed is-serje. Clarke, li għad għandha biss…

Barranin

Il-Pulizija Ġermaniża arrestat 10 persuni fuq suspett li kienu qed jikkomplottaw attakk terroristiku. L-arresti saru wara li 200 uffiċjal tal-pulizija għamlu diversi raids f’Hesse u Rhineland-Palatinate. L-irġiel kienu qed jikkomplottaw biex…

Barranin

L-investigatur Robert Mueller li tħarreġ l-konessjonijiet u l-allegat influwenza li r-Russja kellha fuq l-eżitu tal-elezzjonijiet presidenzjali tal-2016, ikkonkluda r-rapport kunfidenzjali u ppreżentah lill-avukat ġenerali William Barr. Ir-rapport li jtemm investigazzjoni…

Aktar