Stejjer Umani
“M’għandix għalfejn ngħix iżjed” – pazjent li jrid l-ewtanasja tidħol f’Malta

Joe Xerri ilu joqgħod f’Dar Bjorn mindu fetħet, minn Novembru ta’ sentejn ilu.

Minkejja l-għajnuna siewja li jsib minħabba li l-ALS qed jillimitah milli jiċċaqlaq, huwa jgħid li għandha tidħol l-ewtanasja f’Malta biex ma jibqax ibati u jara saħħtu tiddeterjora.

Jekk l-ewtanasja ma tidħolx f’Malta, lest li jsiefer imma waħdu ma jistax imur, bilfors irid lil xi ħadd imur miegħu.

Skont il-liġi Maltija, hu reat li tgħin lil xi ħadd jagħmel l-ewtanasja, u min jinqabad jgħin lil xi ħadd itemm ħajtu, jista’ jeħel sa 12-il sena ħabs.

Ara l-istorja ta’ Joe li xxandret fil-programm Insights ilbieraħ filgħaxija.

Tista’ tara Insights fuq TVMi. Insights jixxandar il-Ħadd fl-10.30pm fuq TVM.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru tal-Intern, Byron Camilleri qal li 10 suldati Maltin li jinsabu stazzjonati l-Libanu jinsabu tajbin. Dan qalu lbieraħ il-Ministru wara l-isplużjoni li seħħet f’Beirut li ħalliet mijiet midruba u għexieren…

Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal fi stqarrija li waqt laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista li saret it-Tlieta filgħaxija, talab biex jitħaddem bl-iktar mod rigoruż l-istatut il-ġdid tal-Partit għall-elezzjoni tal-Kap…

Kultura

Sal-lum ma kienx faċli li wieħed jikseb informazzjoni dwar l-antenati tiegħu li jmorru lura qabel l-1863 meta bdew jiġu rreġistrati kull twelid, żwieġ u mewt f’Malta u Għawdex. Ħafna minn…

Aktar