Politika
M’hemm xejn li jżomm lill-PM milli jippubblika r-rapport tal-Maġistrat Aaron Bugeja – il-PN

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li bid-deċiżjoni tal-Qorti m’hemm xejn li jżomm lill-Prim Ministru, Joseph Muscat, milli jippubblika r-rapport tal-Maġistrat Aaron Bugeja għax qal li l-Qorti kkonkludiet li r-rapport huwa ta’ interess pubbliku. Dr Delia staqsa minn xiex qed jibża’ Dr Muscat, biex għadu qed jaħbi r-rapport.

F’attività politika fl-Imsida, Dr Delia qal li Dr Muscat jrid jiddiskuti l-abort issa għax fi kliemu l-Partit Nazzjonalista kixef li l-manifest tas-Soċjalisti Ewropej irid li jimponi l-abort. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li t-Tnejn filgħaxija fil-Parlament kellha ssir diskussjoni fuq il-protezzjoni tal-embrijun u qal li minflok il-Gvern għalaq il-Parlament għax ma jrid jiddiskuti xejn.

Dr Delia qal li l-Gvern, wara li ħataf l-istituzzjonijiet, qed jipprova jaħtaf ukoll il-Parlament. Dr Delia qal li l-Gvern mhux se jirnexxilu jagħlaq ħalq il-Partit Nazzjonalista għax se jibqa’ jitkellem sakemm il-verità tasal għand il-poplu.

Irrefera għall-billboard tal-Partit Laburista li juri xi ħadd jagħfas il-panic button, Dr Delia qal li hu Dr Muscat li għafas il-panic button u ma jridx li nhar il-Ġimgħa jiddibatti fuq Xarabank dwar it-tniġġis tal-arja, il-qerda tal-ambjent u ż-żieda fit-traffiku. Stieden mill-ġdid lil Dr Muscat biex jaċċetta l-istedina ta’ Xarabank biex il-poplu jara min għandu l-aqwa ideat u min verament iħobb liż-żgħażagħ, il-ħaddiema u l-ġejjieni tal-pajjiż.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li Dr Muscat tilef il-kontroll tal-pajjiż u tal-ekonomija u qed jibża’ li jitlef il-kontroll tal-Partit Laburista. Dr Delia tenna li l-elezzjonijiet li ġejjin mhux ġlieda bejn il-partiti imma l-poplu jista’ jibgħat sinjal lill-Gvern li jrid ibiddel l-attitudni.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-għada li l-Awtorità tal-Ippjanar wettqet azzjoni ta’ infurzar fuq fl-istallel fil-Marsa fejn kienu qed joqogħdu għexieren ta’ immigranti, is-sidien tagħhom jidher li żbarazzaw l-istallel. Sadanittant, TVM huwa infurmat li 37…

Lokali

Il-Mużew tal-Katidral fl-Imdina ngħata dimensjoni ġdida għax mhux ser jibqa’ biss post fejn ikunu esebiti artifatti prezzjużi iżda ser joffri opportunità ta’ tagħlim u post fejn artisti privati jesebixxu l-arti…

Ikel

Fl-Awstralja, l-ekoloġisti qed iwissu li n-numru ta’ kangaroos fis-selvaġġ m’għadux sostenibbli u qed iħeġġu lill-Awstraljani biex jieklu aktar laħam ta’ dan l-annimal li hu simbolu nazzjonali ta’ dan il-pajjiż imbiegħed….

Kultura

Għaddej b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol ta’ restawr fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt fejn qed isir restawr fuq is-soqfa tal-kurituri u li huma mogħnija bil-pitturi. Ix-xogħlijiet ta’ restawr ser jiffukaw ukoll fuq l-art…

Aktar