Politika
“M’hemmx diskussjoni dwar jekk Adrian Delia għandux ikun kap jew le” – Francis Zammit Dimech

Dokument bi proposti għar-riforma tal-Partit Nazzjonalista, imġejji minn Dr Louis Galea, se jkun diskuss f’laqgħa oħra tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit li se ssir nhar is-Sibt li ġej.

Dan ikkonfermah Francis Zammit Dimech li f’laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv lbieraħ ingħata l-inkarigu ta’ Segretarju Ġenerali Interim wara r-riżenja ta’ Clyde Puli. Intervistat fil-programm Ras imb ras, Dr Zammit Dimech saħaq fuq il-ħtieġa tal-għaqda fil-partit u sostna li m’hemmx diskussjoni dwar jekk Adrian Delia għandux ikun kap jew le tal-partit.

Konxju mill-isfidi li għandu quddiemu l-Partit Nazzjonalista, sforz id-diżgwid intern li fl-aħħar għaxart’ijiem reġgħu tefgħu l-attenzjoni fuq id-Dar Ċentrali, is-Segretarju Ġenerali interim Francis Zammit Dimech qal li l-priorità qabel kollox hija r-riforma tal-partit.

“M’hawn ebda diskussjoni dwar jekk Adrian Delia jkunx jew le kap tal-partit.”
10:33:06:00

Intervistat f’Ras imb ras Dr Francis Zammit Dimech kien mitlub jirreaġixxi għall-pożizzjoni li ħa fil-pubbliku d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi wara li Adrian Delia qal li se jibqa’ Kap sal-Elezzjoni Ġenerali li jmiss.

“Jien m’għandi l-ebda dubju li kull deputat tagħna għandu l-aqwa intenzjonijiet, kull deputat tagħna rridu nifhmu x inhu l-aqwa rwol tiegħu. Jien se nkun wkoll f’diskussjonijiet mal-kap, kif ikun hemm l-aqwa involviment tal-grupp parlamenatri kollu”

It-tieni priorità għal Dr Zammit Dimech hija l-għaqda fi ħdan il-partit nazzjonalista.

“Naħseb li huwa ċar li hemm bżonn li jkun hemm ħafna aktar għaqda fil-Partit Nazzjonalista. Għalija hi parti mill-isfidi tiegħi li jkun PN li jiffoka fuq il-problemi attwali tal-pajjiż. Problemi li tant tkellimna dwarhom sa ftit ġimgħat ilu.”

Il-konsenturi fil-Partit Nazzjonalista reġgħu ħarġu fil-beraħ wara li għaxart ijiem ilu kienu ppubblikati r-riżultati ta’ surveys li juru nuqqas ta’ fiduċja mill-elettorat f’Adrian Delia.

“Ejja nibnu struttura partit. Mhux qed nitkellmu fuq personalità waħda, qed nitkellmu fuq l-istruttura kollha tal-partit li tkun inklussiva, tagħti l-ispazju għall-ideat.”

Dan kien ukoll il-ħsieb ta’ Dr Louis Galea li fil-jiem li għaddew żvela d-dettalji ta’ laqgħa li kellu mal-Kap Adrian Delia u li fi tmiemha deher li qablu dwar l-involviment ta’ aktar nies f’tim ġdid ta’ tmexxija.

Sadanittant id-dokument bil-proposti għar-riforma interna tal-Partit Nazzjonalista, imħejji minn Louis Galea, se jiġi diskuss għall-ewwel darba nhar is-Sibt li ġej f’laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Dr Zammit Dimech qal li se jibqa’ fil-kariga ta’ Segretarju Ġenerali sakemm jitwettqu r-riformi meħtieġa skont il-proċess li nbeda s-sena li għaddiet.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Diversi żoni f’Malta illejla intfew, bil-għan li nsalvaw l-enerġija. Din l-inizjattiva, li hija waħda favur l-ambjent, kienet mifruxa mad-dinja, u ingħatat l-isem ta’ Earth Hour. F’Malta saret mill-NGO Żibel, u…

COVID-19

Ħames persuni nqabdu jiksru l-kwaraninta obbligatorja u ġew immultati tliet elef ewro kull wieħed. B’kollox saru 421 spezzjoni fl-aħħar 24 siegħa. Minn mindu bdew l-ispezzjonijiet, 40 persuna nqabdu jiksru l-kwarantina…

COVID-19

Intervistat fuq l-aħbarijiet ta’ Television Malta l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li l-Prim Ministru Robert Abela għal xi raġuni qiegħed jgħid li dan mhuwiex lockdown, meta fi kliemu, id-Deputat Prim…

COVID-19

Fi żmien ta’ ansjetà residenti ta’ triq fil-Fgura ħarġu bl-idea li jorganizzaw ċelebrazzjoni mużikali mill-gallariji biex iferrħu lil xulxin. U waqt li l-festi din is-sena mhux ser isiru, il-bandisti ta’…

Aktar