COVID-19
Mhemmx għalfejn tiġi notifikata l-Awtorità tad-Djar fuq ftehim ta’ tnaqqis tal-kirja

Matul l-aħħar jiem, l-Awtorità tad-Djar irċeviet numru ta’ talbiet minn sidien li jixtiequ jnaqqsu l-kirja lill-inkwilin matul dan il-perjodu diffiċli b’rabta mal-COVID-19.

Fid-dawl ta’ dan, l-Awtorità tad-Djar qed tinforma lill-pubbliku li jekk l-ammont ta’ kirja li ġie ddikjarat fir-reġistrazzjoni tal-kuntratt mal-Awtorità tad-Djar jitnaqqas matul dan il-perjodu temporanju, m’hemmx bżonn li tinbidel ir-reġistrazzjoni tal-kuntratt. L-Awtorità tad-Djar tavża li filwaqt li għandha tkun notifikata b’mod immedjat fejn hemm terminazzjoni ta’ kirja, dan ma jgħoddx fejn hemm qbil kunsenswali bejn il-partijiet dwar l-ammont tal-kirja.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, is-Sur Leonid McKay, qal li, “fejn hemm arranġamenti temporanji dwar tnaqqis ta’ kirja relatati mas-sitwazzjoni preżenti, l-Awtorità m’għandhiex għalfejn tiġi notifikata. L-għan tagħna bħala regolatur hu li dejjem niffaċilitaw ir-relazzjoni bejn is-sid u l-inkwilin b’tali mod li filwaqt li l-inkwilin ikollu dritt ta’ akkomodazzjoni xierqa, is-sid ikollu dħul ġust għall-investiment tiegħu”.

Intant, ir-reġistrazzjoni ta’ kuntratti ta’ kirjiet ġodda jistgħu jibqgħu jiġu rreġistrati fuq rentregistration.gov.mt. Għal aktar informazzjoni, jista’ jsir kuntatt mal-Awtorità tad-Djar fuq 22 991 010, permezz tal-email fuq [email protected] jew billi tibgħat messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook, Rent Registration Malta.

Dan ukoll fid-dawl li l-Awtorità tad-Djar, flimkien mal-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, diġà infurmat lill-pubbliku li l-miżata ta’ reġistrazzjoni tal-kuntratti tard mhix qed tiġi applikata, filwaqt li qed jingħata benefiċċju tal-kera aġġustat, b’mod immedjat, għall-familji li jispiċċaw mingħajr impjieg minħabba xi ċirkustanza relatata mal-COVID-19 u/jew aġġustamenti tal-istess benefiċċju għal persuni li jesperjenzaw vjolenza domestika.

Aħbarijiet Oħra

Il-Professur Alexiei Dingli qal li għalkemm it-teknoloġija ilha magħna 70 sena mistennija tkompli tbiddel id-dinja tagħna fl-għaxar snin li ġejjin. Waqt seminar organizzat bħala parti mill-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku dwar il-prospetti…

F’messaġġ fil-bidu tal-ġimgħa ddedikata għas-Servizz Pubbliku, il-Prim Ministru Robert Abela qal li s-Servizz Pubbliku kien u jibqa’ s-sinsla tal-Gvern. Dr Abela rringrazzja li dawk kollha li qamu għall-okkażjoni u taw…

Il-Qorti tal-Appell Kriminali kkonfermat sentenza fil-konfront ta’ Joseph Calleja, li kien jaħdem ma’ Identity Malta. Huwa kien ġie kkundannat erba’ snin ħabs u ordnat jagħti lura €44,400 wara li nstab…

Wara li Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista talab biex tkun posposta l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, il-Kummissjoni Elettorali responsabbli mit-tmexxija tal-elezzjoni qalet li m’hemmx bażi għal din it-talba. Qalet li l-Kummissjoni Elettorali ilha…

Aktar