Lokali
Mhux ħati li żamm għandu żewġ televixins misruqa fil-Milied

Pierre Cremona nħeles mill-akkużi li fl-2013 żamm għandu żewġ televixins misruqa b’valur ta’ aktar minn €2,000.

Il-Qorti qalet li Cremona ma setax ikun jaf li kienu misruqa.

It-televixins insterqu minn showroom f’Raħal Ġdid f’jum il-Milied tal-2012. Xhur wara s-serqa, il-Pulizija kienet ġiet infurmata li t-televixins kienu għand Cremona. Meta interrogat mill-Pulizija, huwa kien qal li t-televixins xtrahom €1,400 mingħand Grazio Calleja biex ikopri d-dejn li kellu miegħu.