Annimali
Mhux ħati li żamm zoo illegali wara li tifel ġie attakkat minn tigra

Ġiet konfermata s-sentenza fil-konfront tal-kuntrattur Charles Polidano, li lliberatu minn inċident li seħħ fil-Park tal-Annimali f’Montekristo, fejn tifel ta’ ħames snin ġie attakkat minn tigra.

Din is-sentenza ġie ikkonfermata mill-Qorti tal-appell.

Polidano ġie mressaq il-Qorti flimkien ma’ Michael Mercieca u Muhammad Saleem, iż-żewġ persuni li kienu jieħdu ħsieb it-tigra u li kienu qed iżommu t-tigra b’ċinga dakinhar tal-inċident.

Kien il-Ħadd waranofsinhar, lura f’Novembru tal-2015, meta t-tifel ta’ ħames snin kien fil-park, meta resaq lejn it-tigra, li inzertat inħarġet mill-gaġġa tagħha minħabba li kienet ma tiflaħx.  It-tigra attakkat lit-tifel u kkawżatlu ġrieħi f’wiċċu u f’rasu, tant li ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Waqt li Polidano u l-impjegati tiegħu tressqu l-Qorti akkużati bil-kawża ta’ dan l-inċident, Polidano waħdu ġie akkużat ukoll li kien qed jopera park tal-annimali b’mod illegali, u li kellu fil-pussess tiegħu diversi annimali li mhux permessi jkunu f’pajjiżna.

Polidano, flimkien ma’ Michael Mercieca ġew liberati mill-akkużi kontrihom mill-Qorti tal-Maġistrati f’Lulju tal-2018.

Saleem instab ħati u ingħata libertà kundizzjonata għal tliet snin, bil-Qorti tgħid li messu kien iktar responsabbli waqt li beda jieħu ħsieb it-tigra.

Il-Qorti ħadet nota wkoll tal-ftehim barra l-Qorti li sar bejn Polidano u l-familja. Qalet ukoll li mill-provi mressqa, il-prosekuzzjoni falliet milli tipprova li Polidano kien b’xi mod responsabbli mit-tigra.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Is-soltu, tard filgħaxija nhar il-Ġimgħa l-Kbira, diversi purċissjonijiet ikunu bdew deħlin lura fil-Knejjes wara li jterrqu fil-qalba tal-bliet u l-irħula. Din is-sena, iżda it-toroq battala. Minflok, saret biss Via Crucis …

COVID-19

Fl-aħħar snin, fil-lejl bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira, kienet issir il-mixja għall-Fondazzjoni Puttinu Cares. Din kienet waħda mill-ħafna attivitajiet li tħassru minħabba l-pandemija tal-COVID-19 li qed iżid mal-piż li…

Kronaka

Illum, fil-Ġimgħa l-Kbira, il-Pulizija ħarġet total ta’ 59 multa lil persuni li kienu qed jiksru l-liġi billi nġabru barra f’qaqoċċa. Skont l-avviż legali LN 112/113 huwa illegali li f’post pubbliku jkun…

Lokali

Il-pandemija ħarbtet ir-rutina tax-xogħol ta’ bosta. Ħafna ħaddiema spiċċaw jaħdmu mid-dar bit-teleworking. Mhux kulħadd iżda jista’ jagħmel dan fosthom il-ħaddiema fl-isptar fejn żiedet il-pressjoni fuq l-infermiera u t-tobba fost oħrajn….

Aktar