Barranin
Mhux id-dinja biss għandha s-silġ!

It-tradizzjoni ta’ Milied abjad, jew kif inhu magħruf aħjar bl-Ingliż; ‘white Christmas’, hija intrinsikament marbuta maċ-ċelebrazzjoni ta’ din il-festa fil-punent u postijiet oħra fid-dinja b’temperaturi baxxi.

Iżda s-silġ f’dawn iż-żminijiet mhux biss mhuwiex limitat għal ċertu nħawi fid-dinja, iżda lanqas huwa limitat għall-pjaneta tagħna biss.

Ritratti li ttieħdu mill-Aġenzija Spazjali Ewropea waqt il-missjoni Mars Express, juru ħofra kbira, magħrufa bħala ‘crater’, mimlija bis-silġ.

Dan huwa l-Korolev crater, u jinsab viċin in-north pole ta’ Mars. Huwa wiesgħa 82 kilometru u għandu fond a’ 1.8 kilometri silġ.

Dan il-crater issemma għal Sergei Korolev, l-arkitett tal-programm spazjali tal-Unjoni Sovjetika.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fi Spanja, tkompli titqanqal tanqtlet diskussjoni kbira dwar il-liġijiet kontra l-vjolenza domestika wara li raġel ta’ 50 sena qatel lill-martu u waqt li ħareġ bil-parole qatel ukoll lill-avukata tiegħu li…

Barranin

Fil-Polonja, eluf ta’ nies attendew il-funeral tas-Sindku ta’ Gdansk Pawel Adamovicz li nhar il-Ħadd inqatel b’daqqiet ta’ sikkina waqt li kien qed jieħu sehem f’attività ta’ karità biex jinġabru l-fondi…

Barranin

Waħda min-nisa li weġġgħu fl-inċident li kien involut fih id-Duka ta’ Edinburgh, il-Prinċep Philip qalet li minn dejjem xtaqet tiltaqa’ ma’ xi ħadd mill-Familja Rjali. X’aktarx imma qatt ma bassret…

Annimali

Il-kelb li ddomina l-mezzi soċjali Boo miet fl-età ta’ 12-il sena. Is-sidien tiegħu qalu li wara li miet il-kelb Buddy fl-2017, Boo beda jkollu problemi f’qalbu. L-amministraturi tal-paġna tal-kelb fuq…

Aktar