Reliġjon
Mhux ilaħħaq mas-stediniet biex idur mad-dinja u jpaxxihom bit-talenti tiegħu

Father Rob Galea li kien għamel isem meta ġie mistieden ikanta għall-Papa u jipparteċipa fil-konkors ta’ X Factor, qiegħed ikompli jxerred il-kelma t’Alla permess ta’ vlogs (video blogs).

Fl-ewwel vlog tiegħu, Fr Rob Galea f’minuta jirrakkonta min hu u l-istorja ta’ ħajtu. Huwa jirrakkonta kif minn ħajja ta’ vjolenza, vizzji u ħsibijiet ħżiena biddel ir-rotta f’ħajtu meta skopra l-faraġ fil-kelma t’Alla.

Fr Rob qal li minn mindu skopra lil Alla ħajtu nbidlet mil-lejl għan-nhar. Bit-talenti mużikali tiegħu huwa ddeċieda jaqsam mal-pubbliku l-kelma t’Alla filwaqt li jirrakkonta l-istorja ta’ ħajtu. It-talenti tiegħu wassluh quddiem udjenzi kbar u importanti bħal dawk tal-X Factor u l-Papa.

Illum il-ġurnata, Fr Rob mhux qed ileħħaq mad-domanda u l-istediniet li qed ikollu biex idur mad-dinja kollha u jkompli jwassal il-kelma ta’ Alla permezz tal-mużika u t-talenti varji tiegħu.