Kurżitajiet
Mhux jibagħtu lil uliedhom l-iskola minħabba invażjoni ta’ orsijiet

Ġenituri f’arċipelagu Russu li jinsab f’post remot ħafna qed jibżgħu jibagħtu lil uliedhom l-iskola wara invażjoni ta’ orsijiet polari fiż-żona residenzjali fejn joqogħdu.  Dan qed jiġi rrappurtat mill-media Russa hekk kif l-orsijiet qed jattakkaw lin-nies biex jidħlu fil-binjiet.

Bliet fl-istat ta’ Novaya Zemlya li jinsab fil-Grigal tax-xatt Russu ilhom minn Diċembru jiġu assedjati mill-orsijiet tant li bħalissa jinsabu fi stat t’emerġenza.  L-orsijiet polari qed jiżdiedu f’dawn l-inħawi minħabba l-bidla fil-klima tant li qed jiġu sfurzati jersqu lejn iż-żoni fejn joqogħdu n-nies minħabba li l-ispazju tagħhom huwa ristrett.

Il-World Wildlife Fund (WWF) qed tgħin fir-rondi li qed isiru f’dawn il-komunitajiet biex ma sseħħx xi traġedja u l-orsijiet jispiċċaw joqtlu lil xi ħadd.  L-għaqda introduċiet numru ta’ għodod biex iservu ta’ deterrent għall-orsijiet biex ma jersqux qrib in-nies u jkunu ta’ periklu għalihom.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Papa Franġisku ddikjara ħames qaddisin ġodda, fosthom wieħed mill-iktar personaġġi influwenti tas-seklu 19 . . . il-Kardinal John Henry Newman. Il-Kardinal Newman jibqa’ mfakkar l-iktar għall-fatt li kien Anglikan ferventi,…

Kurżitajiet

Il-Kaptan tal-cruise liner MS Braemar irnexxielu jikseb rekord ġdid hekk kif irnexxielu kważi jagħmel l-impossibbli – li jgħaddi l-bastiment minn kanal dejjaq fil-Greċja. L-MS Braema wiesgħa 22.25 metru u għadda…

Barranin

Sitta u għoxrin persuna mietu, 18 għadhom irrapportati nieqsa u aktar minn 170 ruħ indarbu fl-agħar maltempata fil-Ġappun fl-aħħar 60 sena. It-tifun Hagibis laqat Tokyo is-Sibt, b’riħ qawwi b’veloċità ta’…

Barranin

Żewġ persuni tilfu ħajjithom u 18 oħra jinsabu midruba wara li ċediet parti mil-lukanda Hard Rock, f’New Orleans. Fil-lukanda kienu qed isiru xi xogħlijiet meta ċediet parti minnha. Kawża tal-inċident,…

Aktar