Saħħa
Ċerti tipi ta’ meninġite huma aktar perikolużi minn oħrajn – Prof. Charmaine Gauci

Dieqa kbira għall-familja li tilfet li binha ta’ erba’ snin li miet fl-isptar Mater Dei fejn idaħħal għall-kura b’kumplikazzjonijiet ikkawżati x’aktarx minn każ rari ta’ meninġite b’mikrobu partikulari. L-awtoritajiet tas-saħħa u tal-edukazzjoni filwaqt li qalu li m’hemmx lok għall-allarm, ħadu prekawzjonijiet meħtieġa għall-ħarsien tas-saħħa tat-tfal li kienu fl-istess klassi. Fl-istess waqt tennew l-appell għat-tilqim tat-trabi kontra l-maninġite.

TVM huwa infurmat li l-mewt tat-tifel ta’ erba’ snin b’waħda mil-varjetajiet ta’ meninġite setgħet kienet ikkawżata minn infezzjoni mhux komuni.

Ir-riskju li jkollok persuni oħrajn li jittieħdu jkun baxx ħafna. Minn statistika li għandna ma kellna l-ebda każ li ttieħed minn persuna oħra bħal dawn is-sitwazzjonijiet.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci kompliet tisħaq li m’hemmx lok għall-allarm. Spjegat li uffiċjali mid-Direttorat tas-Saħħa Pubblika għamlu kuntatt mal-iskola fejn kien imur it-tifel u tkellmu mal-ġenituri tat-tfal.

Charmaine Gauci qalet “f’każ bħal dan ta’ strep pneumonia e, mill-ewwel rajna li n-nies li kienu f’kuntatt qrib ħafna tal-persuna u hemmhekk inkunu infurmajniehom biex jekk għal li jista’ jkun ikun hemm xi sintomi huma jkunu jafu bil-każ.”

Il-Professur Gauci spjegat li din it-tip ta’ meninġite hija rari ħafna tant li fl-2016 u l-2017 kienu rrappurtati każ ta’ mewt fis-sena waqt li ftit każi oħra ġew ikkurati meta jinqabdu fil-ħin.

Charmaine Gauci qalet “hawn Malta fortunatmanet ma jkollniex ħafna każijiet, ikollna inqas minn 10 każijiet fis-sena ta’ bacterial meningitis.”

Il-Professur Gauci spjegat li hemm diversi tipi ta’ meninġite, b’uħud huma perikolużi iżjed minn oħrajn. Spjegat li hemm 3 tilqimiet għat-tfal li jingħataw mid-Dipartiment tas-Saħħa u tilqim oħra għal tip ieħor ta’ meninġite li tingħata fil-privat.

Charmaine Gauci qalet “meta nitkellmu fuq bacterial meningitis fuq l-iskeda nazzjonali għandna dak il-coverage għal Hib li huwa tip ta’ bacterial meningitis li ilna nagħtuh u kellna coverage li huwa tajjeb ħafna.”

Għal strep pneumonia e s’issa m’għandiex tilqima li qiegħda fuq l-iskeda però aħna nafu li bir-rakkomondazzjonijiet li nagħmlu aħna biex il-pubbliku jlaqqam lit-tfal tiegħu kellna konkorrenza tajba fil-privat fejn hemm numru ta’ tfal li qed jitlaqqmu.”

Il-Professur Gauci qalet li hemm diversi mikrobi li jistgħu jikkaġunaw il-meninġite bl-aktar komuni jkunu kkaġuntati minn viruses u bacteria u li jistgħu jiġu trażmessi mis-sogħla u l-għatis.

Ara wkoll:

Imut tifel ta’ 4 snin aktarx bil-meninġite

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Freddie Portelli se jkun qiegħed iniedi kanzunetta ġdida bl-isem ta’ ‘Il-Kbir Għadu Ġej’, li se twitti t-triq għal musical li se jġib l-istess isem tal-kanzunetta. Il-mużika kitibha Dominic Galea filwaqt…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat wera tħassib dwar dak li ġara lir-residenti tal-blokka li ġġarrfet fi Gwardamangia u talab biex jingħata rapport dwar kif żvolġiet is-sitwazzjoni. Meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalisti,…

Avjazzjoni

L-Air Malta se tibda topera servizz skedat ta’ darbtejn fil-ġimgħa kull nhar ta’ Tlieta u kull nhar ta’ Ġimgħa lejn il-gżira Balearika ta’ Ibiza, li hija magħrufa l-aktar għan-nightlife tagħha….

Unjoni Ewropea

Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin iħossu li l-pajjiż ibbenefika mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Stħarriġ tal-Ewrobarometru tar-Rebbiegħa li sar mill-Parlament Ewropew li sar bejn Frar u Marzu juri li 91% tal-Maltin wieġbu li Malta…

Aktar