Sport
Mhux permess ebda kompetizzjoni fi sport ipprattikat f’timijiet

Il-linji gwida għat-taħriġ tal-isport jinkludu sezzjoni speċifika għal dak l-isport li jintlagħab f’timijiet. Għal din il-kategorija ta’ sport, l-atleti jistgħu jagħmlu biss taħriġ u drills fil-miftuħ.

Mhux permess li jsiru logħbiet u lanqas kuntatt fiżiku bejn atleta u ieħor. L-atleti jridu wkoll iżommu distanza ta’ tliet metri minn xuxlin il-ħin kollu. U f’każ li t-taħriġ ma jkunx daqshekk rigoruż, huwa rrakomandat li tintlibes maskra jew visor f’ċertu sport.

Mhux permess li atleti jieħdu b’idejn xulxin, jieħdu ritratti flimkien jew xi forma ta’ kuntatt ieħor.

Biex ikun jista’ jsir taħriġ tal-futbol, tal-basketball, handball, netball, horse polo u rugby il-linji gwida jispeċifikaw li l-ballun irid jiġi ddiżinfettat qabel jibda t-taħriġ u kull kwarta.

Għal sport fejn minbarra ballun jintuża wkoll tgħamir ieħor bħal baseball, cricket, hockey u canoe polo irid jiġi d-diżinfettat ukoll it-tagħmir bħal bats u jiġu alternati l-makkinarji li jintużaw biex jitfgħu l-ballun. L-atleti huma mħeġġa biex kemm jista’ jkun jipprattikaw il-baseball u l-cricket waħedhom.

Fil-każ tal-volleyball, inkluż il-beach volleyball, minbarra r-regola tad-diżinfettar tal-ballun qabel it-taħriġ u kull kwarta, ma jistgħux jilgħabu aktar minn plejer wieħed kontra l-ieħor, jiġifieri t-training tad-doubles mhux permess.

Fil-każ tat-taħriġ tal-waterpolo, dan jista’ jsir f’pixxina ta’ 50 metru li tista’ tinqasam fi tliet sezzjonijiet, li jistgħu jerġgħu jinqasmu fi tliet sub-sections li fihom jistgħu jitħarrġu sa massimu ta’ ħames atleti f’kull sezzjoni minbarra f’dik tan-nofs li ma tistax tintuża. Irid ikun hemm ukoll buffer lane bejn kull sezzjoni. Magħhom fuq barra jista’ jkun hemm kowċ li jrid jilbes maskra.

Tista tara l-linji gwida hawn.

 

Ara wkoll:

Il-Pixxina f’Tal-Qroqq tiftaħ nhar it-Tnejn. X’inhuma l-miżuri li trid issegwi biex tittrenja ?

Aħbarijiet Oħra
Safar

Permezz ta’ post fuq Facebook, il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta qalet li qed tipprepara għall-mod ġdid ta’ vjaġġar u avżat li mill-1 ta’ Ġunju 2020 il-passiġġieri jridu bilfors jilbsu maskra…

Trasport

Ħafna mis-servizzi ta’ trasport bl-ajru u l-baħar waqfu jew naqqsu sew mill-frekwenza. Mhux l-istess jista’ jingħad għat-trasport pubbliku li bħala servizz essenzjali baqa’ għaddej b’mod regolari anke tul il-perjodu tal-pandemija….

COVID-19

Il-pandemija ħarbtet il-pjani ta’ ħafna koppji li kellhom jiżżewġu f’dan il-perjodu ferm imfittex tas-sena u spiċċaw kellhom jipposponu ż-żwieġ tagħhom. Skont ċifri ta’ Identity Malta fl-aħħar xahrejn u nofs aktar…

COVID-19

Baqgħu isiru l-ispezzjonijiet biex ikun assigurat li l-pubbliku qed jobdi l-avviżi legali ntiżi biex irażżnu l-imxija tal-coronavirus. Fl-aħħar 24 siegħa nstabu seba’ persuni f’ġemgħat t’aktar minn 6 persuni f’postijiet pubbliċi skont…

Aktar