Mhux permess tipjip f’karozzi fil-preżenza tat-tfal

Il-Ministru tal-Finanzi ħabbar li mill-bidu tas-sena d-dieħla mhux se jkun permess li jsir tipjip f’karozzi fil-preżenza tat-tfal biex b’hekk isegwi l-passi ta’ pajjiżi żviluppati oħrajn. Il-Pulizija u l-Gwardjani Lokali għalhekk se jibda jkollhom l-obbligu li jwaqqfu ġenituri li jintlemħu jpejpu waqt li jkun hemm it-tfal fil-karozzi magħhom.