Mhux se jibqgħu jħallsu taxxa fuq pensjoni li tiġi minn sorsi differenti

Il-Ministru tal-Finanzi ħabbar li l-pensjonanti li għandhom aktar minn 61 sena m’humiex se jibqgħu jħallsu income tax fuq pensjoni jew pensjonijiet li jistgħu jiġu minn sorsi differenti, inkluż dik tas-sigurtà soċjali, tat-teżor, kif ukoll pensjonijiet lokali jew barranin li jammontaw sa massimu ta’ €13,000. Din ir-riforma ser titqassam fuq medda ta’ sentejn. Fl-aħħar tas-sentejn, pensjonant se jkun iggwadanja ħelsien mit-taxxa sa massimu ta’ €585 fis-sena.

Il-Ministru qal li din hija miżura li mistennija tolqot mhux inqas minn 22,000 pensjonant. Iktar minn hekk hemm 9,000 pensjonant li mhux se jibqgħu jħallsu taxxa permezz ta’ din il-miżura.

Biex tinżamm l-ekwità fiskali bejn persuni single u l-miżżewġin fil-każ ta’ anzjani miżżewgin, minbarra it-tneħħija tat-taxxa fuq id-dħul fuq il-pensjonijiet sa €13,000, ser jingħataw tnaqqis ieħor min kull dħul taxxabbli sa massimu ta’ €1,000. Din il-miżura se titwettaq fuq medda ta’ sentejn.

Persuni fuq rati ta’ single se jingħataw tnaqqis mit-taxxa fuq dħul mill-pensjoni ta’ €10,500 fl-2017, li jitla’ għal €13,000 fl-2018. Għal persuni b’rata ta’ miżżewġin se jingħata tnaqqis mit-taxxa fuq dħul mill-pensjoni kollu, jigifieri sa €13,000 fl-2017. It-tnaqqis l-ieħor għall-koppji pensjonanti miżżewġa jitqassam billi jkun €500 fl-2017 u jitla’ għal €1,000 fl-2018.

Dawk il-pensjonanti li jikkwalifikaw għar-rati ta’ ġenituri (parent) igawdu wkoll minn din il-miżura billi fl-2017 sena jingħata għal kull ġenitur tnaqqis ta’ taxxa fuq dħul mill-pensjoni sa €11,500. Fl-2018 dan it-tnaqqis jitla’ għal €13,000.

Aħbarijiet Oħra
Settur Marittimu

Il-kumpanija Valletta Cruise Port li tmexxi t-terminal tal-passiġġieri tal-cruise-liners u faċilitajiet oħra fil-Port il-Kbir qed tieħu miżuri favur l-ambjent biex tikseb ċertifikazzjoni ta’ port ekoloġiku. Intervistat minn TVM, il-Kap Eżekuttiv…

Knisja Maltija

L-Arċisqof Charles J. Scicluna appella għar-rispett lejn id-dinjità tal-mara waqt quddiesa li fiha talab biex terġa’ tinfetaħ il-kawża għall-beatifikazzjoni ta’ Adelaide Cini, li qal l-eżempju ta’ ħajjitha u l-ħidma li…

Qorti

Il-Qorti Kostituzzjonali laqgħet ir-rikors tal-Ministri Edward Scicluna, Konrad Mizzi u Chris Cardona biex ma jixhdux f’kawża kostituzzjonali iżda fi żmien jumejn iridu jippreżentaw s-silta minn fejn ikkwotaw ir-rapport tal-inkjesta Egrant…

Budget

Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna qal li l-Budget ippreżentat ilbieraħ u r-reazzjoni ġenerali għalih huma turija li l-Gvern hu konxju tal-isfidi, l-opportunitajiet u l-ħtiġijiet tan-nies. F’konferenza tal-aħbarijiet l-għada tal-Budget, il-Ministru Scicluna…

Aktar