Ambjent
Mhux se jibqgħu jservu s-soft drinks bl-istraws u l-għatu tal-plastik

Bil-kuxjenza u l-għarfien li kull ma jmur qiegħed dejjem jikber dwar il-ħsara li l-plastik jagħmel lill-ambjent, issa anke l-kumpanija tal-fast food KFC f’Malta se tagħmel il-biċċa tagħha għall-ambjent.

Bħal diversi kumpaniji tal-ikel u xorb oħrajn, din il-kumpanija mhux se tibqa’ toffri l-istraws u l-għatu tal-plastik mat-tazzi bis-soft drinks.

Mhux l-ewwel darba li dehru filmati xokkanti fuq il-midja soċjali ta’ annimali li jispiċċaw jitilfu ħajjithom wara li jibilgħu l-istraws jew xi oġġetti oħra magħmula mill-plastik.

Ara wkoll:

Se jibdew jibdlu l-istraws tal-plastik għal dawk tal-karti

 

 

Aħbarijiet Oħra

Il-viżjoni li tixpruna l-programm li tħejja għall-istaġun li jmiss ta’ Spazju Kreattiv taħseb biex tegħleb l-isfidi tal-Covid-19, bl-organizazzjoni ta’ 400 attività bis-sehem ta’ 320 artist u 17-il għamla ta’ arti…

Fil-Jum Dinji tat-Tindif, l-attivitajiet f’Malta kienu ffukati biex iwasslu messaġġ dwar il-ħsara li jagħmel il-plastik fil-baħar. Minn attivitajiet ta’ tindif f’erba’ bajjiet popolari, f’għodwa waħda nġabru ‘l fuq minn 150…

Aktar