Immigrazzjoni
Mhux se jidħlu l-immigranti f’Malta qabel jintlaħaq ftehim – Il-PM

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li nhar il-Ġimgħa kellu diskussjoni mal-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, li matulha sostna li l-Gvern Malti mhux se jdaħħal immigranti fil-pajjiż qabel ma tinstab soluzzjoni u jintlaħaq qbil mal-Kummissjoni Ewropea.

Dr Abela kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet ta’ TVM barra l-Qorti, fejn illum xehed quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud b’rabta mal-inkjesta fl-allegazzjoni li membri tal-Forzi Armati ppruvaw jagħmlu ħsara lid-dinghy ta’ immigranti f’ibħra Maltin.

Huwa qal li f’din id-diskussjoni l-pożizzjoni tal-President tal-Kummissjoni kienet li l-immigranti għandhom jiddaħħlu fil-portijiet Maltin, imbagħad wara ssir diskussjoni biex jiġu rilokati lejn pajjiżi oħra.

Il-Prim Ministru iżda qal li żamm sod mal-pożizzjoni ta’ Malta, għaliex qal li din is-soluzzjoni mhux sodisfaċenti għax nafu li mhux dejjem ħadmet fil-passat.

Sotna li l-Gvern Malti dejjem qeda l-obbligu ta’ salvataġġ, u mhux minnu li l-Gvern b’xi mod issospenda jew fixkel il-kordinament ta’ salvataġġ.

Huwa ċaħad li sar xi pushback, u qal li fil-każ li xehed dwaru llum, intuża bastiment privat għax assi tal-istat kienu sparpaljati fuq ħames operazzjonijiet ta’ salvataġġ fl-istess ħin. Qal li ġew użati patrol boats tal-istat, 2 ajruplani u b’żieda magħhom kien hemm bżonn ukoll bastiment privat, b’konformità mal-konvenzjoni tat-tiftix u s-salvataġġ.

Qal li l-Gvern se jibqa’ jagħmel minn kollox biex isalva l-ħajjiet, għax lil hinn minn obbligu legali, dawn huwa obbligu bażiku lejn il-bnedmin, għax l-umanità hija ugwali għal kulħadd.

Dwar l-immigranti li qed jinżammu fuq vapur tal-Captain Morgan, il-Prim Ministru qal li dawn qed jinżammu komdi u qed jingħataw l-ikel , ix-xorb u l-mediċini li hemm bżonn.

Segwi hawn silta mill-kummenti li ta Dr Abela:

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Politika

L-Avukat Ġenerali rrefera għall-parir li huwa ta lill-Pulizija fis-16 ta’ Mejju 2016, u sostna li dan imkien ma rrakkomanda t-twaqqif ta’ xi investigazzjonijiet jew tal-ġbir ta’ provi kontra xi professjonisti,…

Aktar