Qorti
Mhux se jiġi estradit ir-raġel suspettat li għandu rabtiet mal-mafja

Antonio Ricci mhux se jiġi estradit wara li l-Qorti tal-Appell, ippreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera ma kinitx tal-istess fehma tal-Qorti tal-Maġistrati.

Fid-9 ta’ Mejju, il-Qorti tal-Maġistrati kienet ikkonkludiet li Ricci għandu jiġi estradit lejn l-Italja u jaffaċċja akkużi relatati mal-kriminalità organizzata.

Madankollu, il-Qorti tal-Appell Kriminali, qalet li f’dan l-istadju ma jirriżultax li l-investigazzjoni fil-konfront tiegħu hija magħluqa.

Antonio Ricci, li huwa segretarju ta’ kumpanija Maltija tal-gaming u li ilu jgħix Malta għal dawn l-aħħar 10 snin, kien arrestat lejn l-aħħar t’April, wara li nħareġ mandat ta’ arrest Ewropew kontrih mill-Qorti ta’ Kalabrija. Dan wara suspett li ħasel flus mafjużi.

Skont il-Pulizija Taljana huwa kien jagħmel parti minn organizzazzjoni ta’ logħob klandestin. Ħafna mill-frodi li skont il-Pulizija Taljana wettaq Ricci kienu fuq logħob klandestin online.  Investigaturi Taljani qalu li gruppi kriminali kienu qed jużaw metodi mafjużi biex jinfiltraw logħob illegali.

Fl-appell ingħad li l-kawża fil-konfront ta’ Ricci għadha ma bdietx u jista’ jkun li lanqas tibda u għalhekk l-appellant jista’ jiġi rilaxxat qabel ma jitressaq il-Qorti. Ingħad li d-dokumentazzjoni mibgħuta mill-Italja mhix ċara u anke f’xi waqtiet kontradittorja u kollox jindika li l-investigazzjoni fil-konfont tiegħu għadha ma ngħalqitx.

F’isem Antonio Ricci dehru l-avukati Franco Debono u Mario Mifsud.

Ara wkoll:

Raġel suspettat li għandu rabtiet mal-mafja se jkun estradit lejn l-Italja

Aħbarijiet Oħra
Sport

Wara s-suċċess tal-atleti Maltin tal-Olimpjadi Speċjali b’rebħ ta’ erbgħin midalja fil-logħob dinji ta’ Marzu li għadda, tissokta ħidmet il-fondazzjoni Marigold biex permezz ta’ din il-pjattaforma tagħti opportunitajiet sportivi lil atleti…

Forzi Armati

Fit-tislima mill-ogħla awtoritajiet lill-monument li jfakkar lil Malta Indipendenti fil-Floriana, dalgħodu spikka s-salut ta’ 21 tir minn kanuni tal-Forzi Armati. Din il-parti taċ-ċerimonja ġibdet l-interess ta’ grupp imdaqqas ta’ Maltin…

Kultura

Il-Main Guard, it-toroq u l-bjar taħt il-Belt u The Fortress Builders huma tliet siti li għaddew f’idejn Heritage Malta, l-aġenzija nazzjonali li tħares il-wirt storiku u kulturali tal-pajjiż. F’konferenza tal-aħbarijiet…

Politika

Malta, permezz tal-ambaxxatur għan-Nazzjonijiet Magħquda, Carmelo Inguanez, qiegħda tippresiedi wħud mis-sessjonijiet tal-74 sessjoni tal-Assemblea Generali tan-Nazzjonijiet Magħquda. Dan wara li għall-ewwel darba wara tmintax-il sena, Malta intgħażlet bħala wieħed mill-Viċi…

Aktar