Barranin
Mhux se jippreżenta l-Oscars fuq ċajta dwar l-omosesswalità

Kumment dwar l-omosesswalità li Kevin Hart għadda tmien snin ilu waqt li kien qed jgħid iċ-ċajt fuq il-palk, tellfu milli jippreżenta l-Oscars li jmiss.

Hart, li huwa attur u kummidjant, fl-2010 kien qal li waħda mill-ikbar biżgħat tiegħu huwa li ibnu jikber u jkun omosesswali. Filwaqt li stqarr li mhuwiex omofobiku, iżda sostna li kieku seta’ jagħmel xi ħaġa biex ibnu ma jkunx omosesswali, kien jagħmilha.

Dawn il-kummenti reġgħu bdew jiġu mxerrda fl-aħħar jiem, hekk kif tħabbar li Hart se jkun qed jippreżenta s-serata tal-Oscars.

Għall-ewwel Hart qal li kien diġà talab apoloġija għal dawk il-kummenti, u li kienu saru fi żmien meta l-kwistjoni tal-omosesswalità kienet inqas sensittiva.

Iktar tard iżda bidel il-ħsieb, u filwaqt li talab apoloġija mill-ġdid, qal li se jkun qed jirtira minn dan ir-rwol għaliex ma riedx li jkun ta’ distrazzjoni, u li kien iddispjaċut li weġġa’ lil xi nies.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Waqt li llum l-aħħar jum tal-kampanja elettorali f’Malta, fir-Renju Unit u l-Olanda l-votanti qed jivvutaw fl-ewwel jum minn erbat li matulhom se jsiru l-elezzjonijiet fi 28 pajjiż-membru biex jiġu eletti…

Annimali

F’Richmond l-Istati Uniti, mara ħalliet fit-testment tagħha li meta tmut il-kelba tagħha trid tindifen magħha. Il-każ tal-kelba Shih Tzu Emma qajjem polemika kbira tant li l-għaqdiet favur il-ħarsien tal-annimali ppruvaw…

Barranin

Il-Prim Ministru Indjan Narendra Modi għamel rebħa impressjonanti fl-elezzjoni ġenerali fl-Indja b’iktar minn 340 siġġu mirbuħ f’Parlament ta’ 543 siġġu. Il-Partit tal-Kungress immexxi minn Rahul Ghandi kiseb biss 87 siġġu….

Barranin

Fl-Italja, sindki ta’ bliet fantażma ħarġu bil-kunċett li jħajru barranin jixtru propjetà biex jerġgħu jagħtu l-ħajja lil-lokalità. Fi Franza, is-Sindku ta’ Montereau Jean Debouzy deċċieda li minħabba l-kriżi ta’ nuqqas…

Aktar