Lokali
Mhux se jsuq vettura oħra x-xufier li kien isuq it-trakk b’mod perikoluż

Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Marius Camilleri taħt numru ta’ kundizzjonijiet stretti fosthom depożitu ta’ €10,000 u li ma jsuqx vettura oħra.

Camilleri, ta’ 57 sena minn Ħal Qormi, kien arrestat u tressaq il-Qorti wara li fuq il-mezzi tax-xandir u l-midja soċjali, ixxandru filmati tiegħu jsuq trakk b’mod perikoluż. Huwa kien akkużat b’diversi akkużi fosthom li saq b’manjiera traskurata u li uża liċenzja ta’ mutur biex waħħalha mat-trakk tiegħu.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Grazio Mercieca, qalet li kienet lesta tagħti l-ħelsien mill-arrest taħt kundizzjonijiet stretti għax fi kliemu “irrid nassigura ruħi li l-imputat ma jaqbadx karozza u jsuqha mingħajr liċenzja. Irrid inżomm bilanċ bejn il-libertà tiegħu u dik ta’ persuna oħra li toqgħod fit-triq biex kemm jista’ jkun ikun sigur.”

L-imputat ingħata l-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ €10,000, garanzija personali ta’ €10,000 u bil-kundizzjoni li ma jsuq l-ebda vettura. Huwa ġie ordnat jiffirma l-għassa kuljum.

Il-kawża ġiet differita għas-7 ta’ Frar.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Fit-tnedija tal-Premju Anzjanità Attiva, il-Professur Carm Borg li jmexxi l-bord tal-għażla tal-premju, identifika tliet sfidi li qal ixekklu s-soċjetà milli tapprezza l-anzjanità attiva. L-ewwel sfida, qal il-Professur Borg, hi li…

Lokali

L-uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar Ivan Tabone, Matthew Pace u Mariello Spiteri rriżenjaw mill-karigi tagħhom fi ħdan l-awtorità. Dan qalu l-Ministru għall-Infrastruttura, Ian Borg fejn qal li fl-aħħar ġranet irċieva t-3 ittri ta’…

Kronaka

Uffiċjali tal-ERA dalgħodu sabu għadd ta’ taħżiż mal-faċċata tal-binja fejn jaħdmu. Fi stqarrija uffiċjali, l-ERA qalet li tikkundanna bla riżervi l-attakk vandalu li sar fuq il-bini tal-istess Awtorità fil-Marsa. Dan…

Avjazzjoni

Għadd ta’ passiġġiera, fosthom iktar minn 60 tifel li huma players tal-football, baqgħu l-art hekk kif it-titjira tagħhom lejn id-Danimarka tħassret. L-istorja jidher li reġgħet irrepetiet ruħha hekk kif għat-tieni…

Aktar