Lokali
‘Mhux se nafda Membri Parlamentari li minn żmien għal żmien urew li m’għandhomx fiduċja fija’

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia stqarr li huwa qatt aktar mhu se jafda Membri Parlamenti li minn żmien għal żmien urew li m’għandhomx fiduċja fih. Huwa qal li mhu se jagħmel ebda ġudizzju għax il-vot li ttieħed kien sigriet. Iżda stqarr li d-deputati tal-Oppożizzjoni Therese Comodini Cachia, Claudette Buttigieg, Chris Said u David Thake kienu ċari f’diskorshom u għalhekk fil-konfront tagħhom il-fiduċja qatt ma tista’ tiġi rkuprata.

Waqt il-programm Realtà, li xxandar ilbieraħ fuq TVM, Dr Delia indika li se jħabbar bidliet fis-Shadow Cabinet fiż-żmien li ġej.

Illum, il-Partit Nazzjonalista mistenni jlaqqa’ l-Eżekuttiv biex jiddeċiedi it-triq ‘il quddiem għall-Partit.

Tista’ ssegwi l-programm Realtà minn hawn:

Ara wkoll:

Il-President iddeċieda li Adrian Delia m’għandux jitneħħa minn Kap tal-Oppożizzjoni

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed…

COVID-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel għad m’għandhiex sistema adegwata biex tara li fuq il-vapuri u fit-terminals, il-passiġġieri josservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni mill-COVID-19 li ħabbar il-Gvern…

Kultura

Minn issa ‘l quddiem waħda mill-isbaħ xeni tal-Port il-Kbir tista’ titgawda minn fuq il-bejt ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li minn meta daħal fis-seħħ l-avviż legali l-ġimgħa li għaddiet, diġà nħarġu ħames multi ta’ €3,000 ‘l waħda għal organizzaturi ta’ attivitajiet, restoranti…

Aktar