Barranin
Mhux se tiġġeded il-liċenzja ta’ Uber biex topera f’Londra

Transport for London qalet li mhux se ġġedded il-liċenzja ta’ Uber biex tkun tista’ topera f’Londra. Dan wara li ripetutament kien hemm nuqqas fis-sigurtà.

Intqal li l-app tat-taxi ma kinitx tajba biżżejjed sabiex iżżomm il-liċenzja, minkejja li saru għadd ta’ tibdiliet fl-operat.

Londra hija fost l-aqwa ħames swieq għal Uber, u f’Londra biss hemm 45,000 xufier.  Il-kumpanija Uber kienet tilfet il-liċenzja tagħha fl-2017 iżda kienet ingħatat żewġ estensjonijiet. Jidher li l-kumpanija se tappella u b’hekk sadanitant se tkun tista’ tkompli bl-operat tagħha.

Jekk l-appell ma jintlaqax, aktarx li x-xufiera ta’ Uber jimxu mal-kumpaniji rivali Bolt u Kapten.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fl-Istati Uniti l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Nancy Pelosi, aċċettat li jibdew proċeduri ta’ impeachment kontra l-President Amerikan Donald Trump, li allegatament ser ikun akkużat b’abbuż ta’ poter. “The facts are uncontested….

Barranin

Baħri tan-Navy Amerikana spara u qatel żewġ ħaddiema, qabel dawwar il-pistola fuqu nnifsu u ħa ħajtu b’idu. Il-każ seħħ bil-bażi militari Amerikana f’Pearl Harbor f’Honolulu, fil-Hawaii, nhar l-Erbgħa li għadda….

Barranin

Franza llum tinsab wieqfa b’dak li huwa kkunsidrat bħala l-ikbar strajk ġenerali fi kważi 25 sena, u f’dan l-istadju mhux magħruf meta se jintemm. Miljuni ta’ ħaddiema huma mistennija jistrajkjaw…

Barranin

Mara ta’ 23 sena fl-Indja tinsab f’qagħda kritika, wara li ngħatat in-nar meta kienet fi triqtha għall-Qorti. It-tfajla kienet se tattendi seduta tal-Qorti f’Uttar Pradesh, li matulha żewġt irġiel qed…

Aktar