
Wara l-attakki terroristiċi fuq żewġ moskej fi New Zealand li ġew trażmessi dirett permezz ta’ Facebook Live, il-Facebook iddeċieda li jillimita l-użu ta’ din il-funzjoni.
Min jikser ċerti regoli, fosthom il-policy dwar il-gruppi u individwi perikolużi mhux se jitħalla juża Facebook Live. Jista’ jkun li l-użu jkun ipprojbit għal perjodu limitat ta’ ġranet, skont x’policies ikunu nkisru.
Waħda mir-regoli tolqot lil min jagħmel share ta’ link b’dikjarazzjoni ta’ grupp terroristiku li m’għandha ebda kuntest. Iżda fiż-żmien li ġej mistennija jiżdiedu iktar restrizzjonijiet.
Erbatax-il kwadru fil-Knisja tal-Mosta ġew restawrati b’investiment ta’ tmenin elf ewro. Erba’ kwadri huma tal-artista tas-seklu sbatax, Stefano Erardi u parti kbira mill-għaxra l-oħra huma ta’ Giuseppe Calì, meqjus bħala…
Folla ta’ nies inġabret il-Belt Valletta għall-protesta organizzata minn Repubblika, manueldelia.com u Occupy Justice. Il-protesta bdiet minn Triq ir-Repubblika u mistennija tkompli quddiem Kastilja. Aktar dettalji fil-ħin li ġej. …
Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat wiegħed lealtà sħiħa u spazju lis-suċċessur tiegħu u qal li hu se jibqa’ baħri flok kaptan. Dr Muscat li tkellem fi tliet…
Aktar ma joqrob il-Milied, aktar jirrankaw l-attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi għall-għaqdiet tal-karità . . . fosthom il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund, li hija l-benefiċċarja tal-attività Santa Swim, li issa…