Sport
Mhux tlielaq biss… id-demolition tattira mijiet ta’ spettaturi

Il-Covid-19 ħarbtet il-programm ta’ għadd ta’ attivitajiet sportivi, mhux l-anqas tad-dilettanti tal-karozzi. Is-Sibt li għadda, taħt dawl artifiċjali u b’żiffa ħelwa sajfija, mijiet inġabru fit-trakka tal-Assoċjazzjoni Sport Muturi Karozzi biex isegwu demolition ta’ vetturi żgħar li kienu ilhom mixtieqa għaliha xhur.

Għad-demolition tal-karozzi żgħar ġew reġistrati 42 karozza iżda fuq l-istarting line għamluha 28, wara l-ispezzjonijiet li saru fuq il-vetturi kollha minn tim tekniku fil-ġurnata ta’ qabel.

“Dawn ilhom mill-bieraħ hawnhekk. Nagħmlulhom skuteneering u jorqdu hawnhekk il-akrozzi biex ma jmorrux u jagħmlu xi ħaġa minn taħt. allura jorqdu hawnhekk, inhallu l-Puliziaj magħhom lejl sħiħ, u ma jmisshom ħadd,” qal John Micallef, Viċi President ASMK.

Tliet kwarti qabel jibda l-avveniment, is-sewwieqa tħallew jidħlu ħdejn il-vettura tagħhom biex jiċċekkjaw l-affarijiet, b’uħud iwaħħlu l-batterija dak il-ħin. L-art tkun laħqet ixxarrbet biex tnaqqas l-impatt tad-daqqa ta’ vettura fuq oħra. Taħt id-dawl artifiċjali u quddiem mijiet ta’ spettaturi, ftit wara l-ħdax ta’ filgħaxija ngħata bidu għad-demolition bil-vetturi osservati mill-qrib mill-organizzaturi: l-uffiċjali tal-Assoċjazzjoni Sport Muturi Karozzi li jaraw li jitħarsu r-regolamenti.

“Ir-regolamenti qegħdin hemm biex ma jweġġa’ ħadd u lilna jobduna. Hemm regolamenti per eżempju li meta karozza tkun wieqfa għal żewġ minuti irid joħroġ, għax inkella din tibqagħlu sħiħa u l-oħrajn jitkissru u l-kumplament jigifieri. Ilbies protettiv.”

Xufier jiġi skwalifikat mill-ewwel jekk jinqabad jagħti daqqa fil-bieba tan-naħa ta’ xufier. “L-importanti li kull xufier li jippartecipa ma jweggax. Jien u John għandna track rekord li (jien ilni 26 sena hawnhekk) wara attività bħal din ma ħareġ ħadd b’girfa,” qal Johann Pace,
Segretarju ASMK.

Is-Segretarju tal-Assoċjazzjoni, Johann Pace, qal li bħal dan l-avveniment jorganizzaw erba’ tul is-sena iżda l-assoċjazzjoni tkun impenjata b’39 attività matul is-sena mqassma fi tliet kampjonati tal-muturi u kampjonat tal-karozzi.

“Tista’ tgħid li kull Ħadd li norganizzaw attivatiajiet hawnhekk fix-Xitwa speċjalment dejjem impenjat. Il-Covid-19 tlifna 3 xhur. Issa dawn it-3 xhur qed nippruvaw nirkuprawhom f’dawn ix-xahrejn li ġejjin. Din hi waħda mill-ewwel attivitajiet u jidher li n-nies għadhom iridu dan l-isports.”

Id-demolition tal-karozzi żgħar intrebaħ minn wiċċ ġdid: Christian Cardona meta wara tnejn u għoxrin minuta l-vettura li kien qed isuq hu biss baqgħet titħarrek!

F’Ta’ Qali, l-ASMK qed tmexxi wkoll skola ta’ taħriġ għat-tfal fit-trials,  il-ħila u t-teknika kif tibbilanċja fuq mutur waqt sessjoni fi trakka li tintrama apposta.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, baqa’ f’qagħda stabbli. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Theuma għadu fit-taqsima tal-ENT fl-isptar Mater Dei. It-Tlieta 21 ta’ Lulju 2020, Theuma nstab…

COVID-19

L-organizzaturi tal-attivitajiet li jinqabdu jiksru r-regoli tal-miżuri mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex iwaqqfu l-imxija tal-Covid-19 jistgħu jeħlu multa ta’ €3,000 għal kull miżura li jiksru. Dan tħabbar illum f’avviż legali ppubblikat…

Lokali

Dr Lydia Abela, il-mara tal-Prim Ministru, ippreżentat total ta’ €8,000 f’donazzjonijiet li nġabru waqt l-ewwel edizzjoni ta’ ‘A Night at the Palace’, lill-għaqdiet li jaħdmu favur id-drittijiet tal-annimali. Waqt li…

Agrikultura

L-istaġun tal-ħsad tal-għeneb għall-għasir infetaħ mill-Ministru għall-Agrikoltura Anton Refalo, fil-preżenza tal-produtturi tal-inbid Malti. Il-Ministru qal li l-inbid Malti huwa wieħed ta’ kwalità għax l-industrija aġġornat maż-żminijiet. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Agrikoltura Saviour…

Aktar