Infrastruttura
Miċ-Ċawsli għall-Aħħar Ħbit mit-Torok – inawgurata triq bi storja twila

Inawgurat mill-Prim Ministru Joseph Muscat il-proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq Bormla, li hi t-triq ewlenija bejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun.

It-triq, li hija magħrufa l-aktar bħala Taċ-Ċawsli minħabba l-għadd ta’ siġar taċ-ċawsli li hemm fiha, ingħatat isem ġdid: Triq l-Aħħar Ħbit mit-Torok, b’referenza għall-ġrajja storika tal-1614 li seħħet f’dawn l-inħawi.

Dan il-proġett sar b’investiment ta’ €4 miljun, b’parti mill-ispiża mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea.

Mal-bini ta’ pedamenti ġodda, Infrastructure Malta għaddiet servizzi ġodda tal-ilma, drenaġġ, elettriku u telekomunikazzjoni, li ħafna minnhom għaddejjin minn taħt l-art. Saret ukoll sistema ġdida għall-ġbir tal-ilma, li tqabbdet ma’ ġibjun li kien hemm.

It-triq b’żewġ karreġġjati f’direzzjoni opposta, tinkludi wkoll passaġġ għall-mixi u ieħor għar-roti, li huma maqtugħin mill-karozzi.

B’kollaborazzjoni ma’ Wirt iż-Żejtun, tħawlu 21 siġra oħra taċ-ċawsli minflok uħud li mietu wara li ġew attakkati minn ħanfusa li teqred dawn is-siġar.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan il-proġett hu mudell għal kif se jsiru l-proġetti tat-toroq.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Illejla l-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista għandhom l-aħħar attività tagħhom. Mat-tokki ta’ nofsillejl jinżel is-separju tal-kampanja elettorali sabiex jiġu osservati jumejn ta’ silenzju. Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph…

Lokali

Il-kumpanija tal-gaming BET365 ikkonfermat il-pjan tagħha biex tkabbar l-operat tagħha f’Malta billi tirriloka wħud mill-attivitajiet tagħha minn Ġibiltà lejn Malta. Il-kumpanija li kellha uffiċini f’Malta u f’Ġibiltà b’liċenzja biex topera…

Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Ombudsman laqa’ t-talba tiegħu u lest jinvestiga l-kontijiet tad-dawl u l-ilma li l-famiji qed ikollhom iħallsu. Il-Viċi Kap Nazzjonalista David Aguis flimkien mal-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew…

Storja

Fl-2018 saru s-siti storiċi ta’ Heritage Malta 1.6 miljun turist, żieda ta’ madwar 400,000 ruħ meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.  Din iż-żieda fil-viżitaturi tirrifletti wkoll fid-dħul finanzjarju tal-aġenzija li s-sena…

Aktar