Kunsilli Lokali
Michael Fenech Adami jċedi postu fil-kunsill ta’ Birkirkara

Il-Partit Nazzjonalista ħabbar li Michael Fenech Adami, li ġie elett fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali, mhux se jkun qed jieħu postu fil-kunsill ta’ Birkirkara.

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li s-Sur Fenech Adami ċeda postu fil-kunsill biex ikun jista’ jkompli jservi fil-kariga ta’ President tal-Kunsill Reġjonali Ċentrali sakemm jiskadi l-mandat tiegħu fl-2022.

Intqal li s-Sur Fenech Adami ħa din id-deċiżjoni minħabba li bit-tibdil fil-liġi dwar il-gvern lokali, l-ebda President ta’ reġjun ma jista’ jkun kunsillier.